Left arrow Mur Lura

DELEGAZZJONI MILL-BRAŻIL IŻŻUR MALTA

PR0322
Date Icon 26/02/2009
Delegazzjoni ta’ 15-il uffiċjal għoli tal-GvernBrażiljan, il-parti l-kbira mill-Ministeru tal-Industrija u Kummerċ Barrani, bħalissa tinsab f’Malta. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qed jorganizza programm speċifiku għal dawn l-uffiċjali li ġew Malta bħala parti minn katina ta’ żjajjar li ser jeħduhom f’diversi pajjiżi oħra Ewropej taħt il-proġett PAIIPME (UE – Brażil).
L-għan taż-żjara huwa li tkun diskussal-internazzjonalizzazzjoni tal-Intrapriżi Żgħar u Medji u biex jissaħħu aktar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ta’ negozju bejn iż-żewġ pajjiżi.
Waqt iż-żjara, id-delegazzjoni ser tkun qediżżur fost oħrajn, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriżi u l-Industrija, il-Kamra Maltija għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (GRTU), il-Malta Enterprise u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Żjajjar oħra ser isiru f’siti ta’ Kumpaniji Maltin.
Għada, il-Ġimgħa, 27 ta’ Frar, ser issir laqgħata’ informazzjoni fit-3.00pm fil-Malta Enterprise, f’San Ġwann, fejn kumpaniji lokali u imprendituri interessati li jistabbilixxu kuntatti ta’ negozju ma’ entitajiet fil-Brażil huma mistiedna jattendu. Ma hemmx bżonn li wieħed jirriserva post minn qabel.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow