Left arrow Mur Lura

SKEMA TA’ FIDI TA’ ĊNUS IKTAR EFFIĊJENTI U ĠUSTA

PR0321
Date Icon 26/02/2009
Is-Segretarju Parlamentarigħall-Erarji Pubblici u Artijiet Jason Azzopardi, dalgħodu ħabbar id-dettalji dwar l-iskema ta’ fidi ta’ ċnus u kif din ser issir iktar effiċjenti, filwaqt li tkun iktar ġusta.
Jason Azzopardi qal li dinl-iskema li tħabbret fid-diskors tal-Budget tal-2002 għall-proprjetajiet tal-Uffiċċju Kongunt, imbgħad ġiet estiża iktar tard għall-kumplament tal-proprjetajiet residenzjali tal-Gvern, kellha suċċess kbir, u attirat interess qawwi.
Din l-iskema fil-fatt attirataktar minn 5000 applikazzjoni, illi individwalment kollha jirrikjedu xogħol estensiv ta’ riċerka u verifika.  Sal-lum għad hemm madwar 3000 applikazzjoni li għadhom pendenti, madanakollu dawn jinsabu f’fażijiet differenti tal-proċess.
Għal din ir-raġuni, permezz ta’Direttiva Ministerjali, din l-iskema ġiet sospiża temporanjament u ebda applikazzjoni ġdida m’hi ser tiġi aċċettata.  Dan ser jagħti ukoll l-opportunità lid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern li toħloq database tal-applikazzjonijiet pendenti, bi priorità kronoloġika skond id-data tal-applikazzjoni.  Dan ser jippermetti li tittejjeb is-sistema mħaddna mid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern, sabiex jitħaffef il-proċess ta’ applikazzjonijiet pendenti.
Jason Azzopardi fiehem kifl-applikazzjonijiet pendenti ser jiġu pproċessati skond paramentri u kundizzjonijiet ġodda.  Fost il-parametri, hemm li ser jiżdiedu l-kontrolli li proprjetà tkun tassew residenzjali.  Dawn il-kontrolli jinkludu evidenza minn fuq ir-Registru Elettorali, kontijiet tad-dawl u l-ilma, kif ukoll spezzjonijiet fuq il-post.
Kundizzjoni oħra ser tkun ligħal għoxrin sena wara l-kuntratt ta’ bejgħ jew fidi mill-GPD, dan il-proprjetà tintuża biss għal skopijiet residenzjali, filwaqt li ma jkun hemm ebda żvilupp spekulattiv.
Kundizzjoni li ser tiżdiedfl-applikazzjoni għall-fidi hija li fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid tal-proprjeta’ wara l-fidi, perċentwali mill-bejgħ ikun jenħtieġ li jgħaddi għand it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, biex tiġi mnaqqsa l-ispekulazzjoni ta’ proprjetà għas-spejjeż tal-Gvern.  Dan il-perċentwali jinħadem skond l-ammont ta’ żmien li jkun għadda mill-fidi.  Dan ivarja bejn 10% u 25% tal-valur tal-bejgħ.  Min jifdi l-proprjetà tiegħu biex jibqa’ jgħix fiha, dan ma japplikax għalih.
Jason Azzopardi qal li dinir-riforma hija ukoll maħsuba biex primarjament tħaffef il-proċess li permezz tiegħu ċ-ċenswalisti jistgħu jsiru s-sidien ta’ djarhom mill-iktar fis.  Din ir-riforma hija maħsuba ukoll biex tnaqqas l-ispekulazzjoni ta’ art għas-spejjeż tal-Gvern.
Finalment, din ir-riformagħandha sservi biex ikun dejjem rispettat aħjar l-ispirtu tal-ftehim tal-Gvern mas-Santa Sede tal-1991, fejn il-Knisja għaddiet il-proprjetà tagħha ’l Gvern biex primarjament jintħares l-aspett soċjali ta’ dan il-ftehim.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow