SKEMA TA’ FIDI TA’ ĊNUS IKTAR EFFIĊJENTI U ĠUSTA
PR0321
26/02/2009
| Is-Segretarju Parlamentari | għall-Erarji Pubblici u Artijiet Jason Azzopardi, dalgħodu ħabbar id-dettalji dwar l-iskema ta’ fidi ta’ ċnus u kif din ser issir iktar effiċjenti, filwaqt li tkun iktar ġusta. |
| Jason Azzopardi qal li din | l-iskema li tħabbret fid-diskors tal-Budget tal-2002 għall-proprjetajiet tal-Uffiċċju Kongunt, imbgħad ġiet estiża iktar tard għall-kumplament tal-proprjetajiet residenzjali tal-Gvern, kellha suċċess kbir, u attirat interess qawwi. |
| Din l-iskema fil-fatt attirat | aktar minn 5000 applikazzjoni, illi individwalment kollha jirrikjedu xogħol estensiv ta’ riċerka u verifika. Sal-lum għad hemm madwar 3000 applikazzjoni li għadhom pendenti, madanakollu dawn jinsabu f’fażijiet differenti tal-proċess. |
| Għal din ir-raġuni, permezz ta’ | Direttiva Ministerjali, din l-iskema ġiet sospiża temporanjament u ebda applikazzjoni ġdida m’hi ser tiġi aċċettata. Dan ser jagħti ukoll l-opportunità lid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern li toħloq database tal-applikazzjonijiet pendenti, bi priorità kronoloġika skond id-data tal-applikazzjoni. Dan ser jippermetti li tittejjeb is-sistema mħaddna mid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern, sabiex jitħaffef il-proċess ta’ applikazzjonijiet pendenti. |
| Jason Azzopardi fiehem kif | l-applikazzjonijiet pendenti ser jiġu pproċessati skond paramentri u kundizzjonijiet ġodda. Fost il-parametri, hemm li ser jiżdiedu l-kontrolli li proprjetà tkun tassew residenzjali. Dawn il-kontrolli jinkludu evidenza minn fuq ir-Registru Elettorali, kontijiet tad-dawl u l-ilma, kif ukoll spezzjonijiet fuq il-post. |
| Kundizzjoni oħra ser tkun li | għal għoxrin sena wara l-kuntratt ta’ bejgħ jew fidi mill-GPD, dan il-proprjetà tintuża biss għal skopijiet residenzjali, filwaqt li ma jkun hemm ebda żvilupp spekulattiv. |
| Kundizzjoni li ser tiżdied | fl-applikazzjoni għall-fidi hija li fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid tal-proprjeta’ wara l-fidi, perċentwali mill-bejgħ ikun jenħtieġ li jgħaddi għand it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, biex tiġi mnaqqsa l-ispekulazzjoni ta’ proprjetà għas-spejjeż tal-Gvern. Dan il-perċentwali jinħadem skond l-ammont ta’ żmien li jkun għadda mill-fidi. Dan ivarja bejn 10% u 25% tal-valur tal-bejgħ. Min jifdi l-proprjetà tiegħu biex jibqa’ jgħix fiha, dan ma japplikax għalih. |
| Jason Azzopardi qal li din | ir-riforma hija ukoll maħsuba biex primarjament tħaffef il-proċess li permezz tiegħu ċ-ċenswalisti jistgħu jsiru s-sidien ta’ djarhom mill-iktar fis. Din ir-riforma hija maħsuba ukoll biex tnaqqas l-ispekulazzjoni ta’ art għas-spejjeż tal-Gvern. |
| Finalment, din ir-riforma | għandha sservi biex ikun dejjem rispettat aħjar l-ispirtu tal-ftehim tal-Gvern mas-Santa Sede tal-1991, fejn il-Knisja għaddiet il-proprjetà tagħha ’l Gvern biex primarjament jintħares l-aspett soċjali ta’ dan il-ftehim. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984