Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT

PR0318
Date Icon 25/02/2009
Il-Kumitat Parlamentarital-Affarijiet Soċjali jerġa’ jiltaqa’ ma’ Dr Angela Abela fuq l-importanza tal-edukazzjoni favur relazzjonijiet b’saħħithom
“...24.9% tat-twelid fl-2007 sarubarra ż-żwieġ...studji lokali juru d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom ġenituri f’età żgħira...l-adolexxenti jixtiequ jkunu jafu aktar fuq ir-relazzjonijiet”

“...studju fl-Università ta’ Malta juri kif 99.8% tal-istudenti ma jaraw xejn ħażin fil-koabitazzjoni u 42% jaraw il-koabitazzjoni bħala pass għaż-żwieġ...”

“...preokkupazzjoni fuq in-numru dejjem jiżdied ta’ rapporti sesswali każwali kaġun ta’ rapporti każwali u xorb eċċessiv...21% taż-żgħażagħ jagħmlu appuntamenti ma’ persuni li jiltaqgħu magħhom minn fuq l-internet...”

“...riċerka lokali turi li 54%tal-ommijiet qed jirritornaw għax-xogħol wara sitt xhur biss li jkollhom it-tfal...dan huwa kambjament kbir fis-soċjetà tagħna...il-ġenituri għandhom jingħataw taħriġ għall-perikli li jistgħu jiltaqgħu magħhom l-adolexxenti...”
Il-Kumitat dwar l-AffarijietSoċjali, flimkien ma’ Dr Angela Abela, qablu li quddiem dawn ir-realtajiet jeħtieġ aktar impenn favur relazzjonijiet b’saħħithom bejn l-adolexxenti, il-koppja, il-ġenituri u t-tfal.
Jenħtieġ li ssir edukazzjonipreventiva li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet, possibilment fl-età tal-adolexxenza.  Irridu nisimgħu sew lill-adolexxenti u x’jixtiequ.  Dr Abela taqbel li fl-iskejjel għandhom jagħtu taħriġ favur relazzjonijiet b’saħħithom.  Dan anki fid-dawl ta’ riċerka lokali fejn l-adolexxenti urew ċar li jixtiequ jitgħallmu kif jibdew, iżommu jew jispiċċaw relazzjoni.  Kulħadd jaf li xi adolexxenti u żgħażagħ ma jħossuhomx kunfidenti kif jibdew relazzjoni u jabbużaw mill-alkoħol sabiex jagħmlu l-ewwel pass.  Filwaqt li ntqal li dan huwa ħażin u l-edukazzjoni favur relazzjonijiet b’saħħithom tista’ tindirizza dan ukoll, l-awtoritajiet iridu jżommu f’moħħhom ukoll ir-rata għolja ta’ ommijiet-xebbiet fl-iskejjel u kif minn hawn u ftit snin oħra it-tfal li twieldu barra żwieġ ser jiżdiedu.
L-adolexxenti jridu jkunu jafukif jikkomunikaw mal-ġenituri u minn naħa l-oħra jsibu l-ġenituri disposti u b’ħin biżżejjed li jisimgħuhom.  Għalhekk huwa importanti li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu sabiex il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja jitjieb.  Dr Abela qalet li jinħass il-bżonn li l-ommijiet jingħataw iċ-ċans li jrabbu l-uliedhom, flimkien mal-missier. Riċerka lokali turi li 54% tal-ommijiet qed jirritornaw għax-xogħol 6 xhur biss wara li jkollhom it-tfal u dan huwa kambjament kbir fis-soċjetà tagħna.  Miżuri family-friendly, fosthom aktar maternity/paternity leave kemm mill-Gvern u partikolarment mill-privat (tinħass disparità fuq family-friendly measures bejn il-Gvern u l-privat), huwa investiment fis-soċjetà ta’ għada.  Dr Abela qalet li aktar ma l-ġenituri jkollhom ħin ta’ interazzjoni mat-tfal, speċjalment fl-ewwel xhur ta’ ħajjithom, aktar dawn it-tfal ikollhom żvilupp b’saħħtu.  In-nuqqas ta’ ħin mill-ġenituri mat-tfal jista’ jwassal għal konsegwenzi negattivi fl-iżvilupp tal-lingwa, u l-ħiliet soċjali u fiżiċi tat-tfal.  Il-medja tal-maternity leave fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huwa ta’ 23 ġimgħa, filwaqt li f’Malta huwa ta’ 13-il ġimgħa.
Ir-riċerka lokali tindika lil-koppji għadhom ma jafux x’jiġifieri ħajja miżżewġa u jidħlu għal impenn taż-żwieġ b’ideat differenti.  Studji lokali urew diżappunt fl-ewwel tliet xhur taż-żwieġ, liema diżappunti jistgħu jiġu rimedjati permezz ta’ edukazzjoni favur aktar bilanċ tar-responsabilitajiet bejn il-mara u r-raġel.  Fuq skala nazzjonali, din l-edukazzjoni tgħin sabiex tnaqqas l-isfidi demografiċi, partikolarment ir-rata baxxa ta’ twelid f’Malta (it-tieni l-anqas fl-Ewropa).  Huwa xjentifikament magħruf li dawk il-koppji li jkollhom aktar qsim ta’ responsabilitajiet, kemm fid-dar u kemm fit-trobbija tat-tfal, ikunu disposti li jkollhom aktar tfal.  Minn naħa l-oħra, koppji żgħażagħ motivati li jattendu korsijiet ta’ qabel iż-żwieġ, għandhom aktar ċans li jkunu mgħarrfa b’dawn ir-realtajiet u b’hekk iż-żwieġ tagħhom ikun aktar b’saħħtu.  Fid-dawl ta’ aktar koppji li qed jiżżewġu bl-Istat, il-korsijiet ta’ qabel iż-żwieġ jistgħu jiġu offruti mill-Istat ukoll.
Edukazzjoni favur relazzjonijietb’saħħithom għandha tkun parti minn politika nazzjonali tal-familja u li tinkludi l-istrateġija nazzjonali favur is-saħħa sesswali.  Il-ġenituri għandhom jingħataw taħriġ għall-perikli li jistgħu jiltaqgħu magħhom l-adolexxenti fosthom l-internet, ir-rata għolja ta’ xorb eċċessiv (binge drinking), l-abbuż u s-sesswalità.  Edukazzjoni favur relazzjonijiet b’saħħithom jindirizzaw ukoll din il-ħtieġa għaliex il-ġenituri jkunu jafu ma’ xiex jistgħu jiltaqgħu l-adolexxenti.  Minn esperjenzi ta’ Dr Abela fi skola tal-knisja, il-ġenituri jsaqsu għal għajnuna ta’ dan it-tip fl-iskejjel (family therapy services).  Il-ġenituri isaqsu kif jistgħu irabbu aħjar lit-tfal tagħhom jew problemi oħra li jkunu għaddejjin minnhom, bħas-separazzjoni u l-impatt fuq it-tfal.
F’Malta diġà teżistil-infrastruttura neċessarja sabiex issir edukazzjoni preventiva kmieni bħal korsijiet ta’ qabel it-tqala, Well Baby Clinics, il-Bereġ u ċ-Ċentri tas-Saħħa.  Il-kuntatt personali mal-ġenituri u t-tfal f’dawn il-programmi huwa ta’ benefiċċju għaliex jgħinu lill-ommijiet fit-trobbija aħjar tat-tarbija, pariri għal saħħithom u dik tat-tarbija. Importanza trid tingħata wkoll għall-formazzjoni tal-koppja u edukazzjoni għat-tisħiħ tar-relazzjoni permezz tal-valuri u l-importanza tar-rispett, il-fedeltà, il-komunikazzjoni u l-commitment bejn il-koppji.  Is-servizzi jridu jgħinu b’mod prattiku sabiex jitnaqqas ir-riskji ta’ faqar relattiv, bħal użu u mmaniġjar tal-flus.  Għandu jsir sforz sabiex l-omm u dawk ta’ madwarha, inaqqsu x’imġieba ħażina li jista’ jkollha effett fuq it-tarbija.  Minn studji li saru ma’ ommijiet li jattendu l-korsijiet ta’ qabel it-tqala, l-ommijiet għamlu madwar 300 suġġeriment.  Dawn is-suġġetti jvarjaw minn tagħlim kmieni fl-iskejjel tas-sekondarja sa tagħlim lin-nanniet li jistgħu f’xi ħin irabbu t-tfal tat-tfal (filwaqt li jiġi apprezzat l-għajnuna tan-nanniet, xorta waħda l-ġenituri għandhom ikunu huma li jrabbu t-tfal).  Suġġerimenti oħra jinkludu esperjenzi ta’ min diġà rabba lit-tfal tiegħu u aktar sapport professjonali fiċ-ċentri tal-Istat.
Il-Membri tal-Kumitat u Dr Abelatkellmu favur aktar responsabilità fis-soċjetà Maltija.  Il-ġenituri għandhom ikunu ġenituri tal-komunità u allura kif omm u missier responsabbli ma jħallux lil uliedhom jagħmlu l-ħażin, hekk ukoll kulħadd irid jaħdem favur soċjetà ħielsa mill-ħażen u l-abbuż, speċjalment mat-tfal.  Hawnhekk issemma’ l-eżempju ta’ kif ħwienet tax-xorb ibigħu xorb lil min huwa taħt l-età.  Il-Membri tal-Kumitat saħqu għal regolamentazzjoni iktar ħarxa, u sorveljanza u monitoraġġ fi ħwienet li jinsabu ħdejn skejjel post-sekondarji.
Il-laqgħa tmexxiet mill-Presidenttal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali l-Onor Edwin Vassallo u pparteċipaw fid-diskussjoni l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Michael Gonzi, l-Onor Joe Falzon u l-Onor Jean Pierre Farrugia.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow