Tibda r-ripatrijazzjoni tal-immigranti illegali Tuneżini li waslu fl-1 ta’ Frar
PR0316
25/02/2009
| Il-Gvern illum kmieni wara nofsinhar, | irripatrija l-ewwel grupp ta’ 8 immigranti illegali Tuneżini li kienu waslu permezz ta’ dgħajsa mdaqqsa f’Marsaxlokk sbieħ l-1 ta’ Frar 2009. |
| Dawn ir-ripatrijazzjonijiet kienu possibbli wara | li nkisbu d-dokumenti tal-ivvjaġġar meħtieġa għall-persuni in kwistjoni minn għand l-awtoritajiet Tuneżini. Il-bqija tal-persuni tal-istess nazzjonalità, li kienu waslu fl-istess ġurnata, ser jiġu ripatrijati fil-jiem u ġimgħat li ġejjin, hekk kif jaslu aktar dokumenti mingħand l-istess awtoritajiet Tuneżini. |
| Dawn ir-ripatrijazzjonijiet jingħaqdu mal-35 | immigrant illegali Eġizzjan li kienu ntbagħtu lura pajjiżhom il-ġimgħa li għaddiet. Dawn ukoll kienu daħlu Malta fuq l-istess dgħajsa. |
| Ta’ min isemmi li bejn is-sena 2004 u s-sena | 2008, il-Gvern irripatrija 3,037 immigrant illegali lejn il-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom. Il-Gvern huwa determinat li jkompli jwettaq il-politika tiegħu li jibgħat lura dawk l-immigranti illegali li ma jkunux eleġibbli għal protezzjoni internazzjonali, filwaqt li jisħaq fuq il-bżonn li l-piżijiet tal-immigrazzjoni illegali jinqasam bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea kollha. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984