Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT, B’RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TAD-DEPUTAT GAVIN GULIA, KELLIEM EWLIENI TAL-OPPOŻIZZJONI GĦALL-EKONOMIJA

PR0315
Date Icon 25/02/2009
Mhux veru dak li qed tgħidl-Oppożizzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-karozzi
L-Oppożizzjoni Laburista qedtgħawweg ir-risposta li ta l-kummissjarju Kovacks dwar ir-reġistrazzjoni tal-karozzi.  Min jaqra r-risposta li ngħatat jista’ jara kif l-Oppozizzjoni Laburista mhix qed tkun leali lejn il-fatti u qed tagħti impressjonijiet żbaljati.
Mhux minnu dak li qed tgħidl-Oppozizzjoni li b’xi mod il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li l-Gvern jrid jagħti lura l-ammont dovut tal-VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi minn Mejju 2004.
L-Oppożizzjoni qed tipprovatagħti x’tifhem u tivvinta li hemm xi deċiżjoni min-naħa tal-Unjoni Ewropea li tgħid li xi liġi Maltija bħala illegali. Dan mhux minnu.
Il-Gvern jistiedenlill-Oppożizzjoni biex issib is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kontra l-Gvern Malti li tiddikjara li l-VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-vetturi hija illegali. Mhux biss ma teżisti ebda sentenza bħal din iżda l-Kummissjoni Ewropea qatt ma ressqet lil Malta quddiem il-Qorti Ewropea minħabba l-kwistjoni. Wisq anqas għalhekk il-Kummissarju ma qal li f’pajjiżna hawn xi taxxa illegali.  Ladarba ma tezistix din is-sentenza, l-Oppożizzjoni qed tagħżel li tinterpreta ħażin dak li qal il-Kummissarju Ewropew u tivvinta biex tagħti raġun lilha nnifisha.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow