STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT, B’RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TAD-DEPUTAT GAVIN GULIA, KELLIEM EWLIENI TAL-OPPOŻIZZJONI GĦALL-EKONOMIJA
PR0315
25/02/2009
| Mhux veru dak li qed tgħid | l-Oppożizzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-karozzi |
| L-Oppożizzjoni Laburista qed | tgħawweg ir-risposta li ta l-kummissjarju Kovacks dwar ir-reġistrazzjoni tal-karozzi. Min jaqra r-risposta li ngħatat jista’ jara kif l-Oppozizzjoni Laburista mhix qed tkun leali lejn il-fatti u qed tagħti impressjonijiet żbaljati. |
| Mhux minnu dak li qed tgħid | l-Oppozizzjoni li b’xi mod il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li l-Gvern jrid jagħti lura l-ammont dovut tal-VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi minn Mejju 2004. |
| L-Oppożizzjoni qed tipprova | tagħti x’tifhem u tivvinta li hemm xi deċiżjoni min-naħa tal-Unjoni Ewropea li tgħid li xi liġi Maltija bħala illegali. Dan mhux minnu. |
| Il-Gvern jistieden | lill-Oppożizzjoni biex issib is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kontra l-Gvern Malti li tiddikjara li l-VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-vetturi hija illegali. Mhux biss ma teżisti ebda sentenza bħal din iżda l-Kummissjoni Ewropea qatt ma ressqet lil Malta quddiem il-Qorti Ewropea minħabba l-kwistjoni. Wisq anqas għalhekk il-Kummissarju ma qal li f’pajjiżna hawn xi taxxa illegali. Ladarba ma tezistix din is-sentenza, l-Oppożizzjoni qed tagħżel li tinterpreta ħażin dak li qal il-Kummissarju Ewropew u tivvinta biex tagħti raġun lilha nnifisha. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984