Is-Sur Joseph Ebejer jieħu l-ħatra bħala Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data
PR0314
25/02/2009
| Is-Sur Joseph Ebejer illum wara nofsinhar | ingħata l-ġurament bħala Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data. |
| F’diskors qasir lill-ġurnalisti preżenti | għall-għoti tal-ħatra, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern qal li l-pubbliku llum huwa konxju aktar minn qatt qabel tad-dritt li l-privatezza tiegħu tiġi mħarsa. Hu qal li huwa konvint li s-Sur Ebejer ser jagħraf jibdel din l-isfida f’opportunità biex isaħħaħ iktar lill-Uffiċċju tal-Protezzjoni tad-Data. |
| Il-Ministru Mifsud Bonnici fakkar ukoll | fil-ħidma u d-dedikazzjoni tas-Sur Paul Mifsud Cremona li kien il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data preċedenti, li fi kliem il-Ministru kien baqa’ jaqdi d-dmir tiegħu sal-ġurnata ta’ mewtu. |
| Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern qal ukoll | li fil-ġimgħat li ġejjin il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data ser jieħu f’idejh ukoll id-dmirijiet li jpoġġi fuqu l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. Hu spjega li dan ser iseħħ wara li s-Sur Ebejer ikun dara sew ir-rwol il-ġdid tiegħu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984