Left arrow Go Back

Is-Sur Joseph Ebejer jieħu l-ħatra bħala Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data

PR0314
Date Icon 25/02/2009
Is-Sur Joseph Ebejer illum wara nofsinharingħata l-ġurament bħala Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data.
F’diskors qasir lill-ġurnalisti preżentigħall-għoti tal-ħatra, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern qal li l-pubbliku llum huwa konxju aktar minn qatt qabel tad-dritt li l-privatezza tiegħu tiġi mħarsa. Hu qal li huwa konvint li s-Sur Ebejer ser jagħraf jibdel din l-isfida f’opportunità biex isaħħaħ iktar lill-Uffiċċju tal-Protezzjoni tad-Data.
Il-Ministru Mifsud Bonnici fakkar ukollfil-ħidma u d-dedikazzjoni tas-Sur Paul Mifsud Cremona li kien il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data preċedenti, li fi kliem il-Ministru kien baqa’ jaqdi d-dmir tiegħu sal-ġurnata ta’ mewtu.
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern qal ukollli fil-ġimgħat li ġejjin il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data ser jieħu f’idejh ukoll id-dmirijiet li jpoġġi fuqu l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. Hu spjega li dan ser iseħħ wara li s-Sur Ebejer ikun dara sew ir-rwol il-ġdid tiegħu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow