JITKOMPLA L-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI MAS-SETTUR TAN-NEGOZJU BIEX JITNAQQAS IL-PIŻ AMMINISTRATTIV PERMEZZ TA’ WORKSHOP MAL-KORPI KOSTITWITI
PR0311
25/02/2009
| Is-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, flimkien mal-Better Regulation Unit (BRU), illum iltaqgħu mal-korpi kostitwiti f’workshop fejn ġew diskussi dawk il-piżijiet amministrattivi li jolqtu s-settur tan-negozju b’mod orizzontali. L-Onor. Chris Said fetaħ il-workshop billi rringrazzja lil dawk preżenti talli laqgħu l-istedina tiegħu filwaqt li mill-ġdid awgura ħidma siewja bejn dawn l-istituzzjonijiet u l-Gvern biex jintlaħaq l-għan aħħari ta’ kulħadd u tiġi kkreata win-win situation. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said spjega | l-għan tal-workshop fejn stieden lill-korpi kostitwiti jagħtu proposti konkreti ta’ kif jistgħu jiġu minimizzati piżijiet relatati mal-informazzjoni li n-negozji jiġu kontinwament mitluba jipprovdu, kif ukoll proċessi jew liġijiet li jistgħu jiġu simplifikati bl-għan li tiġi utilizzata b’mod aħjar l-informazzjoni li tinġabar b’mod awtomatiku mid-dipartimenti u l-awtoritajiet rispettivi tal-Gvern. Dan għaliex il-Gvern jemmen li n-negozji li qegħdin fuq is-suq huma dawk li qed iħossu dawn il-piżijiet u li allura jistgħu jidentifikaw dawn bl-aktar mod konkret. |
| L-Onor. Chris Said ħeġġeġ lil dawk preżenti | sabiex fis-suġġerimenti tagħhom ikunu kemm jista’ jkun speċifiċi fil-proposti dwar il-piżijiet amministrativi relatati ma’ obbligi ta’ informazzjoni. B’hekk ikun aktar faċli li jiġu identifikati l-problemi, biex wara dawn ikunu pprijoritizzati u inklużi fi pjan ta’ azzjoni jew skartati għax mhux fattibbli. |
| Dott. Chris Said fakkar li dan l-ezerċizzju | ta’ konsultazzjoni ser jissokta matul Marzu u April fejn ser isiru numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni li fihom ser jiġu diskussi l-piżijiet amministrattivi li s-setturi partikulari tan-negozju qed jaffaċċjaw. Huwa heġġeġ lill-korpi kostitwiti biex ikunu huma stess ta’ xprun mal-membri tagħhom biex dawn jipparteċipaw u jieħdu sehem sħiħ f’dan l-eżerċizzju. Wara dan, il-BRU bdiet id-diskussjoni dwar ir-regolamenti li jaffettwaw lis-setturi kollha tan-negozju. |
Fost dawn ir-regolamenti, ġew diskussi:
| - it-taxxa (Dipartiment tal-VAT u | d-Dipartiment tat-Taxxi Interni); - il-liċenzji tal-kummerċ; - id-dwana; - l-ippjanar u l-ambjent; - ix-xogħol; - il-qrati; u - l-istatistika (NSO). |
| Il-BRU ħadet nota tal-punti prinċipali li ġew | diskussi sabiex dawn jiġu analizzati b’mod aktar dettaljat u biex jiġi deċiż liema minnhom jistgħu jiġu inklużi fi Pjan ta’ Azzjoni biex il-Gvern jilħaq il-mira stabbilita mal-Unjoni Ewropea, fejn sal-2012 inaqqas bi 15% il-piżijiet amministrattivi fuq in-negozji, b’mod partikulari dawk li joħorġu minn informazzjoni żejda li qed tintalab. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984