Left arrow Go Back

JITKOMPLA L-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI MAS-SETTUR TAN-NEGOZJU BIEX JITNAQQAS IL-PIŻ AMMINISTRATTIV PERMEZZ TA’ WORKSHOP MAL-KORPI KOSTITWITI

PR0311
Date Icon 25/02/2009
Is-Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, flimkien mal-Better Regulation Unit (BRU), illum iltaqgħu mal-korpi kostitwiti f’workshop fejn ġew diskussi dawk il-piżijiet amministrattivi li jolqtu s-settur tan-negozju b’mod orizzontali. L-Onor. Chris Said fetaħ il-workshop billi rringrazzja lil dawk preżenti talli laqgħu l-istedina tiegħu filwaqt li mill-ġdid awgura ħidma siewja bejn dawn l-istituzzjonijiet u l-Gvern biex jintlaħaq l-għan aħħari ta’ kulħadd u tiġi kkreata win-win situation.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said spjegal-għan tal-workshop fejn stieden lill-korpi kostitwiti jagħtu proposti konkreti ta’ kif jistgħu jiġu minimizzati piżijiet relatati mal-informazzjoni li n-negozji jiġu kontinwament mitluba jipprovdu, kif ukoll proċessi jew liġijiet li jistgħu jiġu simplifikati bl-għan li tiġi utilizzata b’mod aħjar l-informazzjoni li tinġabar b’mod awtomatiku mid-dipartimenti u l-awtoritajiet rispettivi tal-Gvern. Dan għaliex il-Gvern jemmen li n-negozji li qegħdin fuq is-suq huma dawk li qed iħossu dawn il-piżijiet u li allura jistgħu jidentifikaw dawn bl-aktar mod konkret.
L-Onor. Chris Said ħeġġeġ lil dawk preżentisabiex fis-suġġerimenti tagħhom ikunu kemm jista’ jkun speċifiċi fil-proposti dwar il-piżijiet amministrativi relatati ma’ obbligi ta’ informazzjoni. B’hekk ikun aktar faċli li jiġu identifikati l-problemi, biex wara dawn ikunu pprijoritizzati u inklużi fi pjan ta’ azzjoni jew skartati għax mhux fattibbli.
Dott. Chris Said fakkar li dan l-ezerċizzjuta’ konsultazzjoni ser jissokta matul Marzu u April fejn ser isiru numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni li fihom ser jiġu diskussi l-piżijiet amministrattivi li s-setturi partikulari tan-negozju qed jaffaċċjaw. Huwa heġġeġ lill-korpi kostitwiti biex ikunu huma stess ta’ xprun mal-membri tagħhom biex dawn jipparteċipaw u jieħdu sehem sħiħ f’dan l-eżerċizzju. Wara dan, il-BRU bdiet id-diskussjoni dwar ir-regolamenti li jaffettwaw lis-setturi kollha tan-negozju.

Fost dawn ir-regolamenti, ġew diskussi:

- it-taxxa (Dipartiment tal-VAT ud-Dipartiment tat-Taxxi Interni); - il-liċenzji tal-kummerċ;  - id-dwana; - l-ippjanar u l-ambjent;  - ix-xogħol; - il-qrati;  u - l-istatistika (NSO).
Il-BRU ħadet nota tal-punti prinċipali li ġewdiskussi sabiex dawn jiġu analizzati b’mod aktar dettaljat u biex jiġi deċiż liema minnhom jistgħu jiġu inklużi fi Pjan ta’ Azzjoni biex il-Gvern jilħaq il-mira stabbilita mal-Unjoni Ewropea, fejn sal-2012 inaqqas bi 15% il-piżijiet amministrattivi fuq in-negozji, b’mod partikulari dawk li joħorġu minn informazzjoni żejda li qed tintalab.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow