Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT B’Risposta għall-istqarrija tal-Partit Laburista

PR0309
Date Icon 24/02/2009

Ir-risposta tal-Kummissarju Kovacs ma bidlet xejn mil-istat ta’ fatt dwar il-process li ghadu ma giex konkluz dwar is-sistema ta’ registrazzjoni tal-vetturi u mhux minnu li l-KE qed tikkonferma li l-VAT fuq ir-registrazzjoni tal-karozza trid tinghata lura

1.     Mhux minnu dak li stqarr il-Partit Laburista illi l-“KE ikkonfermat illi l-Gvern jrid jaghti lura l-ammont dovut tal-VAT fuq ir-registrazzjoni tal-karozzi minn Mejju 2004”.  Dan il-ghaliex kull mal-Kummissarju Kovacs qal hu li individwu jekk jidirlu li taxxa tkun ingabret min ghandu bi ksur tal-ligi ewropeja jista’ ifittex remidju. 

2.     L-istqarrija tal-Partit Laburista tallega illi l-ligi Maltija tal-VAT fuq ir-registrazzjoni tal-karozzi hija bi ksur tal-ligi ewropea.  Dan mhux minnu.   Ma hem ebda edecizzjoni li tghid li l-VAT fuq ir-registrazzjoni tal-vetturi kienet qed tikser il-ligi wropea.  Wiehed irid jiccarra li ma tezisti l-ebda decizjoni mil-Qorti Ewropeja kontra il-Gvern Malti fuq din il-materja. Wiehed irid jiccara li waqt li l-Kummissjoni Ewropea ghanda dritt tesprimi Opinjoni, dan ma jistax jitiehed bhala decizjoni li jrendi ligi domestika li qed tikser ligi Ewropeja. 

3.     L-istess stqarrija tal-PL hija kontraditorja ghax filwaqt li tghid li r-rifuzjoni trid tinghata bi dritt, l-istess stqarrija tgħid li wiehed irid ifittex il-Gvern Malti biex ikun jista jinghata rifuzjoni lura, u dan jimplika li mhux necessarjament wiehed ser jirbah l-kawza li jaghmel. 

4.     Il-Gvern jikkonferma li l-Kummissjoni ghadha fil-process ta’ evalwazzjoni tal-infringement li kienet fethet fuq Malta dwar it-taxxa tal-VAT fuq r-registrazzjoni tal-vetturi.  Filwaqt li l-Gvern dejjem sostna li l-ligi Maltija ma tiksirx il-ligi Ewropea, il-Kummissjoni qatt ma pprocediet kontra il-Gvern Malti quddiem il-Qorti Ewropea u ghaldaqstant il-ligi Maltija ma tistax titqies bhala kontra l-ligi komunitarja. 

5.     Kull ma qal il-Kumissarju Kovacs hu li l-Kummissjoni ghadha qed issegwi din il-kwistjoni u qeghda tevalwa l-ligi gdida proposta mil-Gvern Malti u mkien fir-risposta tieghu l-Kummissarju ma wiegeb ‘iva’ ghad-domanda ta’ jekk il-Gvern Malti hux obbligat li jaghti rifuzjonijiet minn Mejju 2004.   

Il-fatti huma dawn segwenti 

a.     Meta Malta dahlet fl-Unjoni Ewropea kien sar process ta’ screening (pre-accession) li qatt ma identifika nuqqas f’dan ir-rigward fil-ligi domestika tal-VAT. 

b.     Il-Kummissjoni kienet harget l-ewwel notifika taghha fil-23 ta’ Marzu 2007, li fiha ghal l-ewwel darba il-Kummissjoni Ewropea tablet ghal kjarifika dwar il-ligi Maltija dwar is-suggett. 

c.     Kien biss fl-1 ta’ Frar 2008 li l-Kummissjoni Ewropea harget hekk imsejjah reasoned opinion li fih innifsu ma jistax jitqies legalment bhala decizjoni finali kontra il-Gvern imma biss opinjoni tal-Kummissjoni li biex torbot trid bil-fors tersaq ghall decizjoni quddiem il-Qorti Ewropea.   

d.      Dan il-process ghadu ma giex ezawrit, kif jikkonferma l-istess Kummissarju.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow