Inizjattivi ġodda fil-qasam tal-Ġustizzja
Titnieda l-website għall-bejgħ bis-subbasta u tingħata l-ħatra lil 10 uffiċjali ġodda
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Carmelo Mifsud Bonnici, illum ħabbar numru ta’ inizjattivi ġodda li qed jittieħdu fil-qasam tal-Ġustizzja.
L-inizjattiva ewlenija li tħabbret illum kienet it-tnedija ta’ sit ġdid fuq l-internet li għandu l-għan li jagħti iktar viżibilità lill-bejgħ ta’ propjetà bis-subbasta. L-aċċess għal dan is-sit jista’ jsir mill-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern fuq www.mjha.gov.mt
| “Għall-ewwel darba l-bejgħ tal-propjetà | bis-subbasta qiegħed jidħol fid-dinja tal-internet. Din il-website qed tagħti l-faċilità lill-pubbliku biex jara dettalji dwar xi propjetà li ser tinbiegħ, meta ser tinbiegħ, u kif. Il-website, b’hekk, qed iġġib iktar viżibilità għall-bejgħ ta’ propjetà bis-subbasta, peress li sa ftit żmien ilu, l-uniku mod kif il-pubbliku seta jsir jaf b’dan il-bejgħ kien permezz tal-avviżi li kienu jidhru fil-Gazzetta tal-Gvern,” qal il-Ministru. |
| Hu żied jgħid li Malta diġà tinsab fuq quddiem | nett fl-ammont ta’ faċilitajiet li qed jiġu offruti online fil-qasam tal-Ġustizzja. Din l-inizjattiva qed tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta bħala trend-setter fl-e-justice. |
| It-tnedija ta’ dan is-sit ġdid qed isir | fl-isfond ta’ numru ta’ regoli ġodda għal dan il-qasam li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena. |
| Bir-regoli l-ġodda, il-bejgħ bis-subbasta jsir | iktar malajr minn public auctioneer. Is-subbasta tintrebaħ mill-aqwa offerent dejjem jekk iġġib mill-inqas 60% tal-valur stmat. Jekk din ma ġġibx l-inqas prezz, is-subbasta ma tkunx valida fil-liġi. Pass ieħor importanti huwa li sa 4 xhur wara t-tmiem tas-subbasta, fejn ma jkunx hemm titolu validu fil-liġi fuq il-propjetà, ikun jista’ jintalab il-ħruġ ta’ mandat ta’ żgumbrament. |
| “Dawn il-miżuri f’daqqa qed jittieħdu sabiex min | ikollu l-propjetà fuq is-subbasta, iġib il-valur li jistħoqqlu. Dan sabiex tiġi indirizzata l-idea li nħolqot biż-żmien li propjetà li tinbiegħ bis-subbasta ġġib biss valur irriżorju. Din is-sitwazzjoni kienet qed twassal biex la d-debitur u l-anqas il-kreditur ma jieħdu dak li ħaqqhom,” kompla jgħid il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern. |
Intant l-attività tal-lum serviet ukoll biex Dr. Alexia Aquilina tingħata l-ittra tal-ħatra bħala Assistent Reġistratur. Din ġiet assenjata doveri fid-Dipartiment tal-Qrati u Tribunali Ċivili. B’hekk intlaħaq il-complement ta’ ħames Assistenti Registraturi - tlieta fil-kamp Ċivili u tnejn fil-kamp Kriminali. Inħatru wkoll disa’ Deputati Reġistraturi li dawn ser jimlew il-vakanzi li kienu nħolqu minħabba rtirar bl-eta’ ta’ Deputati Reġistraturi oħra u ta’ trasferimenti ta’ oħrajn. B’hekk kull awla u sezzjoni fil-Qorti se terġa’ tkun sostnuta b’uffiċjal tant importanti fit-tħaddim tal-Ġustizzja fil-Qrati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984