SEMINAR GĦAL DAWK LI JMEXXU S-SERVIZZI LI HUMA OFFRUTI LILL-ANZJANI, FID-DIPARTIMENT TAL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
PR0305
24/02/2009
| Il-Gvern, l-anzjani | u l-familji jridu jaħdmu flimkien bħala partners. Il-gvern ma jista’ qatt jieħu post il-familja iżda r-rwol tiegħu huwa illi jagħti l-appoġġ kollu neċessarju biex l-anzjani tagħna jkollhom kwalità ta’ ħajja tajba. Dan sostnieh is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Mario Galea, waqt seminar ta’ ġurnata għal dawk li qed imexxu s-servizzi li huma offruti lill-anzjani fid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità. |
| Il-fatt li n-numru | tal-anzjani qed jiżdied huwa aspett posittiv iżda qed joffri sfidi kbar li pajjiżna jrid ikun ippreparat għalihom. Bħalissa n-numru ta’ sodod f’Istituzzjonijiet u Djar tal-Anzjani, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Knisja u Privati, jilħaq it-3,842. Filwaqt li din iċ-ċifra hi sostanzjali, l-Onor. Mario Galea stqarr li dan mhux biżżejjed u saħansitra rridu nżidu 150 sodda kull sena. Il-livell ta’ dipendenza qiegħed dejjem jikber. L-istatistika turi li fir-Residenza ta’ San Vincenz de Paul, 22% biss tar-residenti huma indipendenti. Is-Segretarju Parlamentari semma diversi inizjattivi li qegħdin jitwettqu biex nilqgħu għal dawn l-isfidi. |
| Is-seminar ta’ llum, li sar għall-ewwel darba, | kellu l-għan li jagħti l-opportunità lil dawk kollha li attendew biex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom u jiddiskutu flimkien il-viżjoni u l-missjoni tas-Segretarjat u d-Dipartiment tal-Anzjani kif ukoll jagħtu s-suġġerimenti tagħhom. Is-Seminar tmexxa mill-Psikologu Dr Paul Micallef. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984