Left arrow Mur Lura

INTERVENT F’WAQTU TAL-GVERN IWASSAL BIEX IKUNU SALVATI 100 IMPJIEG FIL-KUMPANIJA METHODE ELECTRONICS MALTA GROUP LI SE ŻŻID L-INVESTIMENT TAGĦHA F’MALTA

PR0303
Date Icon 24/02/2009
B’intervent f’waqtu tal-Gvern, il-kumpanijaMethode Electronics Malta Group, li timpjega f’pajjiżna 750 ħaddiem, mhix se tkeċċi numru sostanzjali ta’ impjegati u se żżid ġurnata tax-xogħol lura għall-ħaddiema mill-ewwel ġimgħa ta’ April.
Dan tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, li spjega li l-Gvern qiegħed għaddej b’ħidma, biex jgħin lill-industrija u l-kumpaniji stabbiliti f’Malta li juru interess li jkomplu jinvestu f’pajjiżna, biex jibqgħu kompetittivi u jsostnu l-livell ta’ impjiegi f’pajjiżna. Dan f’kuntest ta’ globalizzazzjoni fejn kumpaniji madwar id-dinja jiċċaqalqu lejn pajjiżi oħra fejn jistgħu jiffrankaw fuq l-ispejjeż tagħhom.
Madankollu fejn jara li kumpanija lesta tkomplitinvesti u tħarreġ lill-ħaddiema tagħha, il-Gvern huwa lest li jgħin u dan hu x’ġara fir-rigward tal-kumpanija Methode li minħabba t-tnaqqis fid-domanda għall-komponenti elettroniċi, fosthom tnaqqis kbir fid-domanda għall-karozzi, iddeċidiet li tmur għal four-day-week u eventwalment it-terminazzjoni tal-kuntratt għal madwar 100 persuna. Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment flimkien mal-Malta Enterprise, kien f’kuntatt dirett mal-kumpanija u fehem il-bżonnijiet tagħha u tal-impjegati tagħha. Il-kumpanija fehmet lill-Gvern li kienet lesta tinvesti aktar f’pajjiżna iżda kienet limitata minn tnaqqis fid-domanda internazzjonali u limitazzjonijiet fl-aċċess għall-finanzi.
Kien għalhekk li l-Gvern iddeċieda lijintervjeni billi jappoġġja l-investiment u t-taħriġ u min-naħa tagħha l-kumpanija Methode se żżomm l-impjegati kollha tagħha u se tinvesti €6.5m din is-sena u possibilment €6m oħra s-sena d-dieħla jekk is-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali titjib. Din l-għajnuna se tgħin lill-kumpanija biex taffronta l-isfidi tal-kriżi internazzjonali u toħroġ aktar b’saħħitha minnha u għandu jwassal biex iżżid madwar 100 post tax-xogħol ieħor.
Tonio Fenech qal li dan hu riflessjoni tal-ħidmatal-Gvern għall-pajjiż – jiġifieri li jagħti fl-aktar mument ta’ bżonn għajnuna lill-oqsma fil-bżonn, bħall-manifattura, l-intrapriża u t-turiżmu, jappoġġja l-edukazzjoni u t-taħriġ biex pajjiżna joħroġ aktar b’saħħtu mis-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali attwali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow