REĠISTRAZZJONI TA’ TAIL LIFT VANS
PR0302
24/02/2009
| Il-Ministru | għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, Austin Gatt, kiteb lil Simon Vella, Chairman tal-ADT biex jingħata xahar ċans biex min għandu tail lift vans, second hand, jirreġistra l-vetturi tiegħu. Dan iċ-ċans jaffettwa diversi dealers u familji. |
| Dawn il-vannijiet | ikunu importati prinċipalment biex jintużaw minn persuni b'diżabilita'. Minħabba li kien hemm diversi drabi meta l-ADT biddlet il-policy tagħha dwar ir-reġistrazzjoni ta' vannijiet, second hand, ta' dan it-tip, issa qed jingħata ċ-ċans biex dawn il-vetturi, li huma tajbin għat-triq, jiġu reġistrati. |
| Jirriżulta wkoll | li mhux kulħadd kien informat b'dan iċ-ċans ta' reġistrazzjoni u għalhekk din il-komunikazzjoni qed issir pubblika. |
| L-ittra mibgħuta | mill-Ministru Austin Gatt lic-Chairman tal-ADT hija mehmuża. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984