STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT
PR0301
24/02/2009
| Il-Kumitat Parlamentari | tal-Affarijiet Soċjali jerġa’ jiltaqa’ ma’ Dr Angela Abela fuq l-importanza tal-edukazzjoni favur relazzjonijiet b’saħħithom. |
| “...pajjiżna għaddej minn transizzjoni u | l-edukazzjoni favur relazzjonijiet b’saħħithom hija l-ewwel pass favur it-tisħiħ tal-familja....speċjalment mal-adolexxenti u koppji żgħar...” |
| “...skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, | fl-2005 is-separazzjonijiet f’Malta kienu jammontaw għal 3.5% taż-żwiġijiet...dan ifisser li għad għandna ħafna żwiġijiet b’saħħithom...” |
| “...li koppja tgħix fit-tul hija challenge | u għalhekk il-koppja trid timpenja ruħha...ma nistgħux naħsbu fix-xogħol biss u ma ninvestux fir-relazzjoni tal-koppja...” |
| Hekk qablu l-Membri tal-Kumitat dwar | l-Affarijiet Soċjali meta reġgħu ltaqgħu ma’ Dr Angela Abela sabiex tkompli d-diskussjoni fuq il-familja. Din id-darba l-Membri tal-Kumitat iddiskutew preżentazzjoni li Dr Abela għamlet fil-Kamra tad-Deputati tal-Ingilterra fuq it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn il-koppja. |
| Simili għal ħafna pajjiżi oħra, is-soċjetà | Maltija għaddejja minn transizzjoni ta’ familja tradizzjonali għal waħda mhux daqshekk tradizzjonali. Filwaqt li ġie rikonoxxut il-fatt li r-rata ta’ separazzjonijiet għada waħda baxxa (3.5% marital separation NSO 2005), irridu nistennew statistika ġdida sabiex jiġi ċċarat x’ċaqliq sar tul dawn l-aħħar snin. |
| Il-bżonn ta’ aktar riċerka f’Malta hija | fundamentali sabiex titfassal politika għall-familja li tagħraf il-prijorità ta’ ċertu problemi fil-familja. Dr Abela reġgħet saħqet għal aktar fondi finanzjarji liċ-Ċentru tal-Istudji tal-Familja fl-Università ta’ Malta sabiex dawn il-fatti joħorġu fid-dawl b’mod xjentifiku u jgħinu fit-tfassil tal-politika. Jinħass ukoll il-bżonn ta’ aktar informazzjoni fuq min huma dawk il-koppji li qed jisseparaw, kemm kienu ilhom fiż-żwieġ u għalfejn isseparaw. Minn studji li kienet għamlet Dr Abela f’Malta, kien ħareġ li wieħed mill-fatturi li jista’ joħloq problemi f’relazzjoni bejn il-koppja huwa n-nuqqas ta’ karezzi u kumplimenti. Xi ħaġa li l-kultura Maltija tħares lejhom bħala bla sens. Edukazzjoni favur relazzjonijiet b’saħħithom jgħin għall-bidla f’din il-kultura. |
| Minn studji ta’ Abela fis-sena 2000, il-valuri | nbidlu b’tali mod li l-Maltin ma għadhomx jittolleraw l-abbuż. Ċertu problemi li qabel kienu jibqgħu moħbija fil-familja, issa qegħdin joħorġu fil-wiċċ. Dan huwa konformi mal-fatt li fl-2007 l-annullamenti qabżu bi tliet darbiet dawk tas-separazzjonijiet (2007 – 178 annullament komparat ma’ 63 separazzjoni). Madankollu ma jfissirx li għal kull problema, koppja għandha titkisser. Li koppja tibqa’ flimkien fit-tul hija sfida u għalhekk il-koppja trid timpenja ruħha sabiex ma taħsibx fuq karriera u xogħol biss, iżda tinvesti fir-relazzjoni tal-koppja. Barra minn hekk, illum jeżistu diversi servizzi fejn il-koppja tista’ tmur għal għajnuna. Edukazzjoni favur relazzjonijiet b’saħħithom jgħinu sabiex il-koppja tinduna b’dan l-impenn u l-ħtiega ta’ aktar bilanċ bejn il-mara u r-raġel sabiex titnaqqas kull forma ta’ vjolenza domestika. Ir-riċerka turi li r-riżultat ta’ nuqqas ta’ qsim ta’ responsabilità bejn ir-raġel u l-mara jwassal għal anqas tfal u anqas kuntentizza fir-relazzjoni. |
| Il-laqgħa tmexxiet mill-President tal-Kumitat | dwar l-Affarijiet Soċjali l-Onor Edwin Vassallo u attendew l-Onor Justyne Caruana, Onor Michael Gonzi, Onor Joe Falzon u Onor Jean Pierre Farrugia. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984