IL-KARNIVAL REĠJONALI TA’ GĦAWDEX IKKONFERMAT BĦALA ATTRAZZJONI OĦRA STABBILITA
PR0299
23/02/2009
| Għal | sena oħra l-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex reġa’ kien attrazzjoni għal eluf ta’ Maltin li qasmu l-fliegu fi tmiem il-ġimgħa, sabiex iqattgħu dawn il-jiem ta’ briju f’Għawdex. Minkejja li t-temp relattivament kiesaħ u x-xita li għamlet f’dawn l-aħħar ġimgħat tellfu xi ftit mill-programm kif kien imfassal u għalkemm il-programm kien pospost għal darba darbtejn, l-attivitajiet li kienu ppjanati xorta ġew imtella’ f’diversi rħula f’Għawdex. |
| Attendenza numeruża ta’ Għawdxin, Maltin u | turisti segwiet l-attivitajiet imtella’ fl-enclosure fir-Rabat, speċjalment dawk tal-Ġimgħa filgħodu, is-Sibt u l-Ħadd. Bosta attendew ukoll għall-programmi oħra li ġew organizzati minn diversi Kunsilli Lokali Għawdxin bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. |
| Attrazzjoni li kull ma jmur qed iżżid | fil-popolarità hija l-karnival spontanju li jsir fit-toroq prinċipali tan-Nadur. Għal darba oħra folol kbar attendew għal dan il-karnival f’dawn il-ġranet li laħaq il-qofol tiegħu s-Sibt filgħaxija. Sfortunatament dan l-avveniment kien kaġun ta’ inċident li fih kien involut żgħażugħ ta’ għoxrin sena minn Nadur stess. |
| Bħala waħda mill-inizjattivi li ġew meħuda | mill-Ministeru għal Għawdex matul is-snin, kien hemm dik li ttieħdet fl-2006 mill-Kunsill tal-Kultura għal Għawdex. Dakinhar ġie deċiż li l-programm tal-Karnival Reġjonali t’Għawdex jiġi estiż biex jippermetti ristrutturar tal-programm ħalli l-attivitajiet li jiġu organizzati fl-irħula differenti jkunu jistgħu jitgawdew minn kulħadd. Wara s-suċċess ta’ dik is-sena, il-programm ta’ attivitajiet tal-karnival t’Għawdex beda jiġi organizzat fuq żewġ weekends anke fl-impenn biex iżid l-attrazzjonijiet matul ix-xhur anqas popolari fis-settur turistiku. |
| Jidher li din l-inizjattiva tat il-frott mixtieq | u ċ-ċifri relatati man-numru ta’ dawk li użaw is-servizzi tal-Gozo Channel matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet huma xhieda ta’ dan. Bejn il-Ġimgħa 20 ta’ Frar u l-Ħadd 22 ta’ Frar, il-Gozo Channel operat 256 vjaġġ li fuqhom ġarret aktar minn 51,000 passiġġier u kważi 15,500 vettura. Dawn iċ-ċifri jirriflettu żieda fuq in-numru ta’ passiġġieri u vetturi li qasmu matul l-istess perjodu tas-sena l-oħra u żieda qawwija meta mqabbla maċ-ċifri ta’ l-2007 u l-2006. Fl-2007 qasmu ftit aktar minn 46,000 passiġġier u 13,500 vettura filwaqt li fl-2006 kienu saru 150 vjaġġ li ġarrew ftit aktar minn 30,000 passiġġier u 8,800 vettura, li jfisser żieda inkoraġġanti ta’ aktar minn 170 fil-mija. |
| L-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, | kellha kummenti favorevoli dwar il-kwalita’ u l-livell ta’ ħafna mill-items li ġew imtella’fid-diversi lokalitajiet. Hija saħqet ukoll dwar l-attenzjoni li għandhom jingħataw dawn l-attivitajiet speċjalment meta wieħed iqis l-importanza tal-attivita’ kummerċjali li huma jiġġeneraw fil-gżira ta’ Għawdex f’dan iż-żmien kwiet tas-sena. |
| L-attivitajiet tal-karnival f’Għawdex jibqgħu | għaddejjin sa’ nhar it-Tlieta filgħaxija, permezz ta’ Gran Defile’ tul Triq ir-Repubblika sa’ Pjazza Indipendenza. Dakinhar jiġu fi tmiemhom ukoll l-attivitajiet organizzati f’diversi rħula f’Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984