JINĦATRU ŻEWĠ ASSISTENTI KUMMISSARJI U TLIET SUPRETENDENTI ĠODDA OĦRA
PR0296
23/02/2009
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, Dr. Carmelo Mifsud Bonnici dalgħodu ta l-ittra tal-ħatra lil żewġ Assistenti Kummissarji u tliet Supretendenti ġodda fil-Korp tal-Pulizija.
| L-uffiċjali li ngħataw il-ħatra dalgħodu kienu | l-Assistent Kummissarju Neville Aquilina, l-Assistent Kummissarju Neil Harrison, is-Supretendent Marco Mallia, is-Supretendent Abraham Zammit u s-Supretendent Simon Galea. |
| F’diskors qasir qabel ippreżentalhom l-ittra | tal-ħatra, il-Ministru Mifsud Bonnici qal li Malta għandha Korp tal-Pulizija li tassew jirrappreżenta l-bon ordni u l-ġustizzja – Korp li jimxi ‘l quddiem minkejja d-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom. |
| Hu | saħaq fuq l-importanza li l-Korp tal-Pulizija għandu fil-ġlieda kontra l-forom kollha tal-kriminalità. |
| “Il-Korp jirrappreżenta s-sewwa fis-soċjetà | tagħna. Dak huwa r-rwol li s-soċjetà trid li jaqdi l-Korp tal-Pulizija. Is-soċjetà trid li l-Korp ikun fuq quddiem biex jipproteġiha mid-delinkwent. Dak ir-rwol qed jinqeda bis-sħiħ mill-Korp li għandna llum, għax anke is-sempliċi preżenza tal-uffiċjal tal-Pulizija hija ta’ deterrent għal dawk li jkunu jridu jwettqu l-ħażin,” qal il-Ministru. |
| Filwaqt li ferħilhom għall-ħatra tagħhom, | il-Ministru Mifsud Bonnici awgura li l-uffiċjali promossi llum ikunu xempju ta’ serjetà u dixxiplina li jservu biex il-Korp ikompli jissaħħaħ fis-snin li ġejjin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984