Left arrow Go Back

JINĦATRU ŻEWĠ ASSISTENTI KUMMISSARJI U TLIET SUPRETENDENTI ĠODDA OĦRA

PR0296
Date Icon 23/02/2009

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, Dr. Carmelo Mifsud Bonnici dalgħodu ta l-ittra tal-ħatra lil żewġ Assistenti Kummissarji u tliet Supretendenti ġodda fil-Korp tal-Pulizija.        

L-uffiċjali li ngħataw il-ħatra dalgħodu kienul-Assistent Kummissarju Neville Aquilina, l-Assistent Kummissarju Neil Harrison, is-Supretendent Marco Mallia, is-Supretendent Abraham Zammit u s-Supretendent Simon Galea.
F’diskors qasir qabel ippreżentalhom l-ittratal-ħatra, il-Ministru Mifsud Bonnici qal li Malta għandha Korp tal-Pulizija li tassew jirrappreżenta l-bon ordni u l-ġustizzja – Korp li jimxi ‘l quddiem minkejja d-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom.
Husaħaq fuq l-importanza li l-Korp tal-Pulizija għandu fil-ġlieda kontra l-forom kollha tal-kriminalità.
“Il-Korp jirrappreżenta s-sewwa fis-soċjetàtagħna. Dak huwa r-rwol li s-soċjetà trid li jaqdi l-Korp tal-Pulizija. Is-soċjetà trid li l-Korp ikun fuq quddiem biex jipproteġiha mid-delinkwent. Dak ir-rwol qed jinqeda bis-sħiħ mill-Korp li għandna llum, għax anke is-sempliċi preżenza tal-uffiċjal tal-Pulizija hija ta’ deterrent għal dawk li jkunu jridu jwettqu l-ħażin,” qal il-Ministru.
Filwaqt li ferħilhom għall-ħatra tagħhom,il-Ministru Mifsud Bonnici awgura li l-uffiċjali promossi llum ikunu xempju ta’ serjetà u dixxiplina li jservu biex il-Korp ikompli jissaħħaħ fis-snin li ġejjin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow