Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat mhux qed igħid il-verita’ meta jallega li l-għazla tal-proġetti li jibbenifikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropeja mhux issir kif jixraq.
PR0293
22/02/2009
| L-għażla | tal-proġetti hi regolata permezz ta’ liġijiet tal-Unjoni Ewropea, b’sejħa pubblika għall-proġetti u għazla trasparenti u ibbażata fuq kriterji maqbula mal-Unjoni Ewropea. L-approvazzjoni ssir mill-Project Selection Committee u l-proċess kollu huwa miftuħ għall-awditjar mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Qorti tal-Awdituri u anke mill-Awditur Ġenerali ta’ Malta. |
| Lanqas mhu jgħid il-verita meta jallega li xi | Ministru qal li saret pressjoni mhux xierqa dwar il-proġett tal-KonKatidral. |
| Il-Kap tal-Oppożizzjoni | m’għandux jibqa’ jilgħab logħba politika partġġjana dwar il-fondi li gejjin mill-Unjoni Ewropea. Mill-budget preżenti tal-Unjoni Ewropea Malta qed tibbenefika minn aktar minn biljun ewro. Dawn huma fondi sostanzjali u importanti għall-iżvilupp ta’ pajjiżna u biex il-poplu javvanza ‘l quddiem fosthom fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fl-ambjent u biex jiżdied l-investiment f’pajjiżna u b’hekk jinħoloq aktar xogħol. |
| Lanqas mhu xieraq li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni | jibqa’ jipprova jagħmel ballun politiku mill-KonKatidral ta’ San Gwann. |
| Il-poplu Malti | kollu, hu x’inhu l-kulur politiku tiegħu, għandu jiġbed l-istess ħabel fejn jidħol l-interess ta’ pajjiżna. Jekk il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għadu ma jifhimx il-proċess ta’ għazla ta’ proġetti għall-finanzjament mill-Unjoni Ewropea tajjeb jistaqsi għal spjegazzjoni u mhux jiżra’ d-dubji b’allegazzjonijiet infondati. |
| Sadanittant, | il-Gvern jibqa’ iffukat fil-ħidma tiegħu biex jiġbed lejn pajjiżna investiment li jkompli joħloq postijiet tax-xogħol ġodda. Il-Gvern jibqa’ iffukat fuq it-tisħiħ tal-industrija lokali speċjalment dik tal-manifattura, tas-settur tas-servizzi, b’mod partikolari dik tat-turizmu u fuq l-proġetti kapitali l-aktar dawk li jsaħħu l-infrastruttura ta’ pajjizna. Għajb li f’dan il-mument meta pajjiżna għandu jkompli jingħqad fl-isforzi tiegħi, l-Kap tal-Oppożizzjoni jibqa’ jħaddan politika li taljena l-poplu tagħna minn dak li hu kruċjali għaż-żgħażagħ u għall-ħaddiema tagħna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984