LAQGĦA TAL-KUNSILLIERA GĦAWDXIN
Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, indirizza laqgħa għall-Kunsilliera Lokali tal-14–il Kunsill Lokali f’Għawdex organizzata mill-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali. Is-suġġett ewlieni tal-laqgħa kien il-Patt tas-Sindki li jifforma parti mill-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija: Inwettqu l-Potenzjal tal-Unjoni Ewropea.
| Dan | il-Patt juri biċ-ċar l-impenn kbir li għandhom jidħlu għalih il-Kunsilli Lokali sabiex jingħaqdu flimkien biex isaħħu l-effiċjenza ta’ azzjonijiet li jnaqqsu l-bidla fil-klima. Il-Patt isemmi ukoll il-bżonn li l-Gvernijiet Lokali jaqsmu r-responsabilitajiet tagħhom flimkien mal-Gvern Ċentrali u kif l-għan tal-UE jintlaħaq biss jekk kulħadd jagħti sehmu. |
| Is-Sindki, permezz ta’ dan il-Patt, qegħdin | jinpenjaw ruħhom li jimxu skont l-objettivi stipulati mill-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 b’20% fit-territorju tagħna, għalhekk qed jinpenjaw ruħhom li fost affarijiet oħra: |
- jippreparaw inventarju ta’ bazi ta’ emissjonijiet biex ikun jista’ jiġi ifformulat Pjan ta’ Żvilupp Sostenibbli fil-lokalitajiet;
- jitressaq rapport ta’ implimentazzjoni lill-UE
- isir tixrid ta’ esperjenzi u ta’ ezempji ta’ proġetti sostenibbli fil-lokalitajiet tagħna għall-għarfien tal-kommunitajiet tagħna kif ukoll kambju ta’ ezempji siewja bejn l-Istati Membri
| Chris Said qal li l-kunċett li | l-Kunsilli Lokali jkunu ta’ eżempju għar-residenti ħa dimensjoni ġdida tul din l-aħħar ġimgħa, hekk kif il-Gvern nieda l-kampanja Switch favur l-użu effiċjenti tal-enerġija. |
| Permezz tal-kollaborazzjoni u | l-impenn tal-Kunsilli Lokali fil-ġimgħat li ġejjin il-kampanja Switch se tieħu svolta ġdida hekk kif tibda titwassal fil-lokalitajiet permezz tal-Kunsilli Lokali. |
| Chris Said qal li dawn | l-inizjattivi kollha jinċentivaw lill-Kunsilli Lokali biex ikunu ta eżempju. Il-messaġġ irid jitwassal b’mod ċar u koerenti u huwa għalhekk li l-Gvern Ċentrali ddeċieda li jafda l-kampanja f’idejn il-Kunsilli Lokali. Switch mhix kampanja tal-Gvern, iżda kampanja tagħna lkoll, u għandna ngħożżuha, nagħmluha tagħna, u nimxu ‘l quddiem fi sforz komuni. |
| Is-Segretarju Parlamentari semma wkoll | l-inizjattiva tal-Kunsilli Lokali Għawdxin li fil-kuntest tal-viżjoni Eko-Għawdex iffirmaw l-Aalborg Charter li jgħin fil-mixja lejn is-sostenibbiltà. B’dan il-ftehim il-Kunsilli Lokali Għawdxin ikkommettew ruħhom li jippjanaw flimkien il-prijoritajiet tagħhom fuq ir-riżorsi, il-kapaċitajiet u l-aspirazzjonijiet li joffru l-lokalitajiet tagħhom. |
| L-iskop ta’ l-Aalborg Charter huwa | l-iżvilupp sostenibbli ta’ lokalitajiet filwaqt li jħeġġeġ lil-lokalitajiet biex jissieħbu huma wkoll fi proċessi ta’ Agenda Lokali 21 tal-UE. |
| Permezz ta’ din ir-rattifika, il-Kunsilli Lokali | qablu li flimkien jippromwovu l-lokalitajiet sostenibbli, u jinkorporaw il-kunċett soċjali u ambjentali, il-valuri lokali, u l-użanzi u tradizzjonijiet li jifformaw l-identita’ lokali tagħhom fil-proġetti kollha tagħhom. |
| L-Onor. Said semma kif f’dawn l-aħħar ħames snin | il-Gvern Ċentrali nieda numru kbir ta’ proġetti siewja u sostenibbli bħal proġetti tal-immaniġjar tal-iskart, u żvilupp urban, soċjali, edukattiv u kulturali anke b’finanzjament mill-UE. |
| Madankollu jibqa’ jinħass il-bżonn biex | is-sostenibbilta’ ssir parti integra mill-impenji tagħna fit-twettiq ta’ proġetti fil-lokalitajiet tagħna billi niffukaw b’mod iktar rett fuq proġetti sostenibbli li jintegraw fihom dawk l-aspetti kollha li jiffurmaw is-soċjeta’ tagħna tal-lum mingħajr ma nikkompromettu l-bżonnijiet tal-ġenerazzjonijiet tal-futur. |
| Chris Said qal li din l-integrita’ biss tista’ | twassalna għal titjib fil-kwalita’ tal-ħajja li żgur ma nistgħux naslu għaliha jekk ma jkollniex komunitajiet sostenibli. Huwa kkonkluda billi qal li l-Kunsilli Lokali għandhom jilqgħu l-isfidi li qegħdin jiffaċċjaw u jkunu l-fulkru li jmexxi l-proċess għat-tibdil fl-istil ta’ ħajja u fl-edukazzjoni tar-residenti biex jiġi mħeġġeġ u msaħħaħ l-iżvilupp sostenibbli. |
DOI – 21.02.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984