Left arrow Mur Lura

FIDUĊJA FIS-SETTUR AGRIKOLU

PR0288
Date Icon 20/02/2009
Aktar kmieni llum il-Ministru għar Riżorsi uAffarijiet Rurali George Pullicino żar l-Aġenzija tal-Pagamenti, fejn il-bdiewa u r-raħħala jmorru japplikaw biex jibbenifikaw mill-miżura 121 għas-settur agrikolu. Il-Pjan għall-Iżvilupp Rurali 2007-2013 fih 18-il miżura b’allokazzjoni finanzjarja ta’ madwar €100 Miljun.
Il-Ministru Pullicino ddeskriva l-ewwel miżurali kienet varata s-sena l-oħra u li għalqet fit-30 ta’ Jannar 2009, bħala suċċess. Din il-miżura 121 kellha allokazzjoni finanzjarja ta’ madwar €14-il miljun. Permezz ta’ din l-iskema, l-applikant jista’ jieħu sa’ nofs l-ispiza proġettata għal proġett partikolari sa massimu ta’ €150,000.
Għal din il-miżura, ntiża biex tgħin fl-“Immodernizzaru investiment f’oqsma agrikoli” ġew ipprezentati 357 applikazzjoni li minnhom 219-il applikazzjoni kienu mis-settur tal-frott u ħxejjex filwaqt li 138 applikazzjoni huma mis-settur tat-trobbija tal-annimali.
L-ispiza kapitali tat-talbiet kollha imressqatlaħħaq id-€39 miljun, jiġifieri ftit anqas minn 3 darbiet aktar mill-allokazzjoni finanzjarja li kien hemm żied jgħid il-Ministru Pullicino.
Fost il-progetti sottomessi mis-settur tal-frottu l-haxix wiehed isib xiri ta’ makkinarju bħal tractors, pompi tal-ilma u bexx, bini ta serer, bini ta’ ġwiebi, sistemi ta’ tisqija kif ukoll bini ta’ mħażen fost ħafna oħrajn. Is-settur tal-annimali ressaq proposti li jikkonċernaw investiment f’bini jew ristrutturar ta’ rziezet, xiri ta’ makkinarju u apparat bħal Milking Parlours, saqqijiet għal baqar, sistemi ta’ automatic feeding u investiment ieħor li jissalvagwardja u jtejjeb il-ħarsien tal-annimali u l-igene fuq ir-razzett.
Iktar investimenti proposti mis-setturtal-annimali jkopru proġetti ta’ immodernizzar ġenerali tal-operat fl-irziezet, investiment li jnaqqas l-impatt fuq l-ambjent kif ukoll investiment sabiex ir-raħħala jkunu konformi mad-Direttiva tan-Nitrati.
Il-Ministru Pullicino semma kif kien hemm numruta’ proġetti marbuta ma’ apparat ta’ enerġija alternattiva, fejn fost l-oħrajn insibu l-installazzjoni ta’ sistemi fotovojtajiċi, Solar water heaters, turbini tar-riħ, u sistemi oħra ta’ riġenerazzjoni ta’ enerġija alternattiva. L-investiment propost f’dan ir-rigward kien jammonta għal madwar €3 miljuni.
Il-Ministru Pullicino spjega kif bħalissagħaddej eżerċizzju fejn dawn l-applikazzjonijiet li qed jiġu vverifikati u li fil-ġimgħat li ġejjin l-applikanti ser ikunu mgħarrfa bil-pożizzjoni ta’ l-applikazzjoni tagħhom.
“Dan juri kemm verament il-bidwi u r-raħħal hulest li jinvesti, u għandhom fiduċja sħiħa fis-settur agrikolu” sostna l-Ministru Pullicino.
Il-Ministru Pullicino ħabbar  8 miżuri oħra lise jkunu qed jinfetħu f’Marzu u li jiffinanzjaw proġetti varji kemm bħala investiment dirett minn bdiewa jew kumpaniji, kumpens għall-prattiċi agrikoli li jnaqssu l-impatt fuq l-ambjent, kif ukoll proġetti ta’ tisbieħ, rikreazzjoni u konservazzjoni f’ żoni rurali. L-allokazzjoni totali ta’ dawn il-miżuri flimkien mal-miżura 121 tammonta għal madwar €82 miljun.
Miżura 114 biex il-bdiewa jkollom l-użu ta’fergħa għal pariri tekniċi, dak li jisejjah farm advisory service,
Miżura 115 se sservi biex jitwaqqaf l-operatghal din il-fergha ta’ pariri tekniċi.
Miżura 123  tkun miftuha ghal dawk l-entitajietjew entraprizi biex is-settur primarju agrikolu jkollu ċ ċans li jzid il-valur mizjud tal-prodott.
Miżuri 212 u 214 huma marbuta mal-għajnunataż-żona żvantaġġjata, u miżuri agro ambjentali.
Mizura 313 hi intenzjonata biex isiruattivitajiet turistici f’zoni rurali.
Mizura 323 biex ikun hemm impenn għalkonservazjoni tal-wirt rurali inkluz il-ħitan tas-sejjiegħ.
U l-aħħar miżura 341 hijamarbuta mal-local action group.
F’kull każ ta’ diffikulta` l-bdiewau r-raħħal huma mħeġġa sabiex iċemplu fuq free phone 80072310 jew jirrikorru għand l-Aġenzija tal-Pagamenti fl-Għammieri, jew fil-każ tal-Għawdxin, ġewwa l-uffiċċju tal-IACS, Victoria Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow