Left arrow Go Back

STQARRIJA MID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA

PR0287
Date Icon 20/02/2009
Masaret l-ebda talba biex xi pazjent jingħata t-Taxotere
Kuntrarju ghal dak li qed jingħad mill-OppozizzjoniLaburista, id-dipartiment tas-Saħħa ma għandu l-ebda talba biex xi pazjent partikolari jingħata t-Taxotere.
Din il-mediċina tinsab fil-formularjutal-mediċini b’xejn u tingħata lill-pazjenti għal ċertu tip ta’ cancer.  Dan skond protokolli bbażati fuq kunsiderazzjonijiet mediċi
Bħalma jiġri għal mediċini oħra, jekk xikonsulent iħoss li dan it-trattament huwa bżonnjuz għal xi pazjent partikolari, irid jagħmel talba taħt skema li teżisti biex din it-talba tiġi evalwata.  Id-dipartiment ma għandu l-ebda talba għal pazjent partikolari għal din it-tip ta’ mediċina.
Din il-ġimgħa diġà ġiet miċħuda allegazzjonioħra ta’ One News li rrapporta li  “L-awtoritajiet tas-saħħa qed jirrifjutaw li jagħtu mediċini b’xejn lill-pazjenti li jbatu mill-kanċer illi ma jkunx fis-sider.  Dan joħroġ minn każ żvelat mill-mexxej laburista Joseph Muscat.”
Nappellaw lill-Oppozizzjoni biex fejn jidħolil-mard timxi b’sensittività u ma tipprovax tallarma lill-pazjenti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow