STQARRIJA MID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA
PR0286
20/02/2009
B’referenza għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar is-sistema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) u r-rapport mxandar fuq One News irid jiġi preċiżat li:
- L-ispizjar li bagħat l-e mail iddikjara li l-lista mibgħuta kienet intiża sabiex isservi ta’ gwida rigward dawk il-prodotti li jistgħu jiġu miġbura u oħrajn li ma jistgħux jinġabru mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Mill-lista ta’ 692 prodott mediċinali li ssemmew, hemm madwar 400 li ma jistgħux jinġabru mill-Ispiżerija ta’ l-Għażla tiegħek. Huma biss 30 medicina li huma out of stock. Il-260 medicina l-ohra kienu disponibli mill-medical stores centrali tal-Gvern. It-terminu ta’ out of stock seta’ ġie miftiehem ħażin.
- Permezz ta’ l-iskema tal-ispiżerija ta’ l-għażla tiegħek qed jitqassmu madwar 700 prodott mediċinali lill-pubbliku minn 67 spiżerija differenti. Din l-iskema qed tigi riveduta fid-dawl tal-esperjenzi miksuba mill-proġett pilota li ġie mniedi s-sena l-oħra. Se jsir it-tibdil li jinħtieg biex tiżdied l-effiċjenza u l-kumdità tan-nies.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984