Left arrow Mur Lura

JINGĦATA BIDU GĦAR-RENJU TAL-KARNIVAL F’GĦAWDEX

PR0284
Date Icon 20/02/2009
Illum ingħata bidu għar-Renjutar-Re tal-Karnival f’Għawdex, minkejja li ftit tard minħabba l-maltemp. Dejjem jekk it-temp jippermetti, l-attivitajiet se jkunu mifruxa fuq il-ħamest ijiem li ġejjin, sa nhar it-Tlieta.
L-attivitajiet tal-KarnivalReġjonali ta’ Għawdex bdew dalgħodu permezz tal-karnival ‘Mit-tfal għat-Tfal’, mill-kumpaniji tat-tfal tal-iskejjel Għawdxin. Fl-10.00 ta’ filgħodu, il-karnival tat-tfal beda b’defilè tul Triq ir-Repubblika u kompla b’wirjiet ta’ żfin fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat, filwaqt li llejla, fis-sitta, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, se jorganizza serata tal-karnival fil-pjazza ewlenija.
Il-programm għal għada s-Sibtjibda fid-9.30 ta’ filgħodu b’wirjiet taż-żfin tat-tfal segwiti minn dawk mill-kumpaniji tal-kbar fi Pjazza Indipendenza. Imbagħad filgħaxija, il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u ta’ San Lawrenz se jorganizzaw attivitajiet tal-karnival fil-pjazez tal-irħula rispettivi tagħhom, fil-5.30 u fis-7.30 ta’ filgħaxija rispettivament.
L-attivitajiet tal-karnivalmatul il-ġurnata tal-Ħadd, se jibdew bi programm organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar, fil-pjazza tar-raħal. Imbagħad fit-3.00 ta’ wara nofsinhar, il-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex jissokta b’defilè grandjuż u kompetizzjonijiet taż-żfin fl-enclosure fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat. It-Tnejn 23 ta’ Frar, il-Kunsilli Lokali taż-Żebbuġ, tal-Qala u ta’ Sannat se jorganizzaw serati tal-karnival fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Il-karnival fiż-Żebbuġ u f’Ta’ Sannat jibda fis-6.30 ta’ filgħaxija, filwaqt li dak fil-Qala se jibda fis-7.00 ta’ filgħaxija.
L-għeluq uffiċjalital-Karnival Reġjonal ta’ Għawdex se jsir nhar it-Tlieta fis-7.00 ta’ filgħaxija, b’defilè grandjuż u kompetizzjonijiet ta’ żfin fl-enclosure u Grand Finale fi Pjazza Indipendenza. Il-karru tar-Re tal-Karnival ta’ din is-sena sar minn John Grech mill-Oratorju Don Bosco.
Bħas-snin li għaddew huwamistenni li għadd ta’ Maltin jaqsmu l-fliegu biex iqattgħu l-jiem tal-karnival f’Għawdex. Attrazzjoni partikolari hija dik tal-Karnival Spontanju tan-Nadur li matul is-sigħat ta’ filgħaxija, bejn illejla u nhar it-Tlieta jattira għadd ta’ Maltin, turisti, kif ukoll Għawdxin minn kull rokna tal-gżira. Ilbieraħ filgħaxija, il-Kunsill Lokali tan-Nadur tella’ programm organizzat fil-Pjazza San Pietru u San Pawl.
Il-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex jiġiorganizzat kull sena mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, b’kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali Għawdxin.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow