IMNIEDI FOND GĦALL-KO-FINANZJAMENT TA’ PROĠETTI MILL-KUNSILLI LOKALI B’FONDI TAL-UNJONI EWROPEA
PR0282
20/02/2009
| L-Unjoni Ewropea toffri numru kbir ta’ | opportunitajiet għall-ko-finanzjament fuq proġetti u inizjattivi li jistgħu jiġu implimentati fil-lokalitajiet tagħna. Sal-lum 34 Kunsill Lokali ħadu sehem f’69 proġett u bbenefikaw minn fondi minn madwar 15-il programm tal-UE fejn l-ammont globali wassal għal madwar 1.8 miljun ewro. |
| Il-Gvern se jkun qed jgħin lill-Kunsilli Lokali | biex jimmassimizzaw il-potenzjal li jeżisti f’dan il-qasam. Għal dan il-għan, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, nieda fond ta’ ko-finanzjament ta’ proġetti mill-Kunsilli Lokali b’fondi tal-Unjoni Ewropea. |
| Chris Said qal li l-Gvern kien diġà waqqaf il-Funding | Unit tal-MEUSAC li ilha topera min-Novembru 2008 u qed tagħti lill-Kunsilli Lokali informazzjoni u għajnuna teknika b’xejn biex jisfruttaw aktar u b’mod aħjar l-opportunitajiet ta’ fondi taħt il-programmi tal-UE. |
| Is-Segretarju Parlamentari responsabbli | mill-Kunsilli Lokali qal li issa l-Gvern qed jikkommetti ruħu li joffri assistenza finanzjarja billi jalloka s-somma ta’ 303,000 ewro bħala għajnuna lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u lit-68 Kunsill Lokali sabiex jonqos il-piż tal-element ta’ ko-finanzjament mill-Kunsilli Lokali. |
| Chris Said enfasizza li jekk il-Kunsilli Lokali | jagħmlu użu tajjeb minn dan il-fond ikun ifisser li matul din is-sena l-Kunsilli Lokali jkunu bbenefikaw minn madwar 3 miljun ewro mill-Unjoni Ewropea. |
| Il-Kunsilli Lokali u l-Assoċjazzjoni | tal-Kunsilli Lokali jistgħu jibbenefikaw minn din l-assistenza u għandhom l-opportunità li japplikaw għal dan il-fond kemm jekk jiddeċiedu li japplikaw waħedhom u kif ukoll billi jingħaqdu bħala grupp. |
| Chris Said qal li l-għan ta’ dan il-fond huwa li | jipprovdi assistenza lil dawk kollha li jkunu ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom għal proġetti u inizjattivi minn fondi tal-UE, liema proġetti jkunu jirrikjedu ko-finanzjament biex ikun jista’ jiġi implimentat. |
| Fis-sitt ġimgħat li għaddew, 18-il Kunsill | Lokali, bl-għajnuna tal-Funding Unit, diġà applikaw għal fondi mill-UE. Ħmistax minnhom ingħaqdu flimkien f’applikazzjoni waħda. Fil-ġranet li ġejjin, madwar 14 –il applikazzjoni ġdida ta’ Kunsilli Lokali ser jingħataw wkoll l-għajnuna meħtieġa biex jigu sottomessi għal finanzjament mill-programmi ta’ fondi tal-UE. |
| Għajnuna permezz ta’ ko-finanzjament għal | Organizzazzjonijiet mhux governattivi se tiġi mnedija wkoll din is-sena. |
| Dan il-ko-finanzjament se jkun mezz sabiex | jinkoraġġixxi aktar Kunsilli Lokali jitħajru japplikaw għal iktar proġetti mill-programmi ta’ fondi tal-UE li jkollhom element innovattiv, sostenibbli u li joffri impatt akbar fil-loklitajiet tagħhom. |
| Is-Segretarju Parlamentari, Chris Said, saħaq li | din is-sena huwa importanti li kull Kunsill Lokali jkun għamel tal-inqas applikazzjoni waħda fuq programmi minn fondi tal-UE. |
| Dan il-ko-finanzjament se jassisti wkoll biex | issir ir-riċerka neċessarja dwar żvilupp u kuntatti li jridu jsiru għal ċertu programmi tal-UE ikunu jistgħu jiġu attwati. |
| Huwa importanti li jintlaħqu l-miri ta’ | lokalitajiet sostenibbli billi jiġu użati programmi tal-UE ibbażati fuq il-prinċipji ta’ sostenibilità. |
| L-Onor. Said kompla jispjega li se jitnieda | wkoll proċess ta’ evalwazzjoni biex jiġu evalwati l-applikazzjonijiet milqugħa. Dan il-proċess ser jikkunsidra diversi punti għall-eleġibiltà tal-applikazzjoni. |
| Dettalji ta’ kif dan il-fond ta’ ko-finanzjament | ser jiġi utilizzat u allokat lill-benefiċjarji, jinstab fil-linji gwida mħejjija apposta. Dawn jidħlu fid-dettall fuq il-proċeduri li ser jiġu segwiti. Il-linji gwida jidħlu fis-seħħ illum u ser jiġu mqassma lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u lil kull Kunsill Lokali biex b’hekk kulħadd ikollu idea ċara ta’ kif ser tiġi implimentata din l-istrateġija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984