Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

PR0280
Date Icon 20/02/2009

Reazzjoni għall-Istqarrija maħruġa mill-Kelliem Laburista għall-Finanzi, Charles Mangion

Ir-rapport tal-KummissjoniEwropea ma jipproponix proċeduri kontra Malta fuq id-defiċit għax fehmet ir-raġunijiet ta’ pajjiżna
Il-Ministeru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment jirreferi għall-Istqarrija maħruġa mill-Kelliem Laburista għall-Finanzi, Charles Mangion b’referenza għar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-finanzi tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rapport tal-Unjoni Ewropeajikkonferma li l-Kummissjoni Ewrpea fehmet ir-raġunijiet espressi mill-Gvern dwar iż-żieda fid-defiċit matul l-2008, u kkonkludiet li dan kien biss proċess temporanju u li tqis li l-pajjiż għadu fit-triq tal-konsolidazzjoni tal-finanzi tiegħu.  Għalhekk mhux se tieħu xi proċeduri dwar Malta.  Iż-żieda fid-defiċit ġiet prinċiparjament minħabba l-prezz rekord taż-żejt u l-iskemi ta’ irtirar kmieni mit-tarzna.
L-Oppożizzjoni qedtimmiżinterpreta dak li qalet il-Kummissjoni.

Charles Mangion qal li:

“L-istess rapport tal-Kummisjoni jqanqal dubji serji dwar il-previzjonjiet tal-Gvern li jerga’ jgib id-deficit ekwivalenti għal 1.5% tal-ġid nazzjonali prodott gross domestiku bħala ottimista żżejjed u mhix fattibli. Fil-fatt il-Kummisjoni tikkalkula li dan għandu jkun aktar mid-doppju.”

Il-fatti

Għall-kuntrarju, ir-rapport tal-Kummissjoni jgħid li: “Id-defiċit baġitarju hu mistenni jilħaq 3.3% fl-2008....Iżda l-programm u l-Kummissjoni jipprevedu ritorn lejn konsolidazzjoni baġitarja mill-2009 ‘il quddiem.” Dan jikkonferma li mhux minnu li l-Kummissjoni ġġudikat il-previżjonijiet tal-Gvern bħala mhux fattibbli jew ottimisti, anzi qablet mal-programmm u l-previżjonijiet preżentati mill-Gvern.

Ir-rapport jgħid ukoll li dan l-eċċess huwa wieħed temporanju u b’mod ġenerali, il-bilanċ tal-fatturi rilevanti kollha “jidher pożittiv”.

L-istess Kummissjoni Ewropea sostniet, kuntrarju ta’ dak li qed jisħaq Charles Mangion, li r-raġunijiet ta’ din id-differenza fid-defiċit kienu relatati ma’ żewġ fatturi speċifiċi: l-iskemi ta’ rtirar volontarju għall-ħaddiema tat-Tarzna, li wasslu biex jattiraw interess konsiderevoli fil-proċess ta’ privatizzazzjoni tat-Tarzna b’14-il offerta jkun mressqa l-ġimgħa li għaddiet. Waħdu, dan kellu effett ta’ 1% mit-3.3% defiċit reġistrat għall-2008. It-tieni, il-Kummissjoni osservat l-impatt sostanzjali tal-ispiża tal-enerġija minħabba li l-prezz taż-żejt kien laħaq livell rekord.

Charles Mangion qal li:

Il-Kummisjoni Ewropea qed tgħid ukoll li l-previżjonijiet tal-Gvern Nazzjonalista għat-tkabbir ekonomiku matul is-sena 2009 mhumiex realistiċi. Tant huwa hekk li għalkemm il-Gvern jikkakula li matul l-2009 it-tkabbir ekonomiku se jkun ta 2.2%, il-Kummissjoni qed tipprevedi li dan se jkun biss ta’  0.7%.

Il-fatti

L-Oppożizzjoni qed tqabbel żewġ ċifri differenti. Iċ-ċifra ta’ 2.2% kienet ingħatat mill-Gvern fil-baġit tat-3 ta’ Novembru 2008. Meta f’Ottubru 2008 l-Unjoni Ewropea ħarġet il-previżjonijiet tagħha għall-2009 permezz tal-Eurostat, dawn kienu, f’livell ta’ 2%, qrib ħafna mal-figuri indikati mill-Gvern. Il-figura ta’ 0.7% hija previżjoni tal-Kummissjoni mogħtija f’nofs Jannar wara li rrevediet ‘l isfel il-previżjonijiet ta’ tkabbir ekonomiku għall-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Li qed tħalli barra l-Oppożizzjoni hi li Malta hija waħda minn l-uniċi 9 pajjiżi li għalihom il-Kummissjoni qed tipprevedi li l-ekonomija se tkompli tikber fl-2009 u mhux tiċkien.

Charles Mangion qal li:

Il-kalkoli tal-Kummisjoni Ewropea huma wkoll ikkonfermati mill-operaturi ekonomiċi ta’  pajjiżna fosthom is-setturi ta’ l-industrija u tal-Kamra tal-Kummerċ li insistew mal-Gvern li għandu jagħmel pakkett ta’ stimolu ekonomiku.

Il-fatti

Dan ukoll mhux minnu, anzibil-kontra u l-Kummissjoni Ewropea tgħid li l-Gvern wieġeb għas-sejħa li saret fl-European Economic Recovery Plan b’miżuri ta’ sapport għall-ekonomija u ddeskriviet dawn l-istess miżuri bħala adegwati.
Barra minn hekk, il-Kamratal-Kummerċ ilbieraħ stess ħarġet stqarrija għall-istampa fejn faħħret it-twaqqif ta’ taskforce, il-ftehim mal-banek għall-moratarju għal self li għandhom il-lukandi u sostniet li l-miżuri meħuda s’issa mill-awtoritajiet huma “in line” mal-miżuri proposti minnha.

Konklużjoni

Finalment, l-aktar prova ċara li l-Kummissjoni Ewropea emmnet iċ-ċifri kif ippreżentati mill-Gvern huwa l-fatt li qed tipproponi li ma jinfetħux proċeduri kontra Malta għaliex id-defiċit kien biss ta’ 0.3% aktar minn dak stabbilit mir-regoli tal-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir. Li kieku huwa minnu kif qed tgħid l-Oppożizzjoni li l-ispejjeż addizzjonali ma kinux ġustifikati, kien ikun impossibbli għall-pajjiżna li ma jkunx suġġett għall-proċeduri ta’ defiċit eċċessiv. Dan ma seħħx. Anzi r-rapport kien wieħed pożittiv għaliex fih il-Kummissjoni Ewropea taċċetta li l-impatt kien biss wieħed temporanju, tagħraf li l-pajjiż għandu programm serju ta’ sostenibbiltà finanzjarja u tfaħħar l-inċentivi meħuda mill-Gvern biex jagħti spinta lill-industrija f’mument ta’ kriżi finanzjarja u ekonomika internazzjonali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow