Left arrow Mur Lura

IMNEDIJA ŻEWĠ PROGRAMMI KBAR TAL-UNJONI EWROPEA

PR0278
Date Icon 20/02/2009
L-Onor. John Dalli, Ministru għall-PolitikaSoċjali llum nieda żewġ programmi kbar b’fondi mill-Unjoni Ewropea.  Permezz ta’ dawn iż-żewġ programmi, li se jkunu qed jaħdmu sas-sena 2013, l-ETC se tkompli tinvesti fir-riżors uman billi tinvesti fil-motivazzjoni ta’ min qed ifittex ix-xogħol u ttejjeb il-kapaċitajiet ta’ min hu diġa` f’impjieg.
L-Employment Aid Programme hu immiratbiex jgħin lil persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol u jinsabu f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ minħabba ċ-ċirkostanzi tal-ħajja li jkunu qed jgħixu.  Dawn il-persuni huma:

·       żgħażagħ taħt il-ħamsa u għoxrin sena, li ilhom inqas minn sentejn minn meta spiċċaw l-edukazzjoni full-time tagħhom, u għadhom ma sabux impjieg;

·       persuni li ilhom nieqsa mix-xogħol għal minn tal-anqas sentejn u jridu jerġgħu jidħlu f’impjieg;

·       persuni single li qed ifittxu impjieg, iżda fl-istess ħin iridu jieħdu ħsieb persuni dipendenti minnhom;

·       persuni li waqfu mill-iskola wara s-sekondarja u ngħataw is-sensja, jew l-avviż tas-sensja, fl-aħħar sitt xhur;

·       persuni li għandhom aktar minn ħamsin sena;

·       persuni li ilhom ifittxu impjieg għal tul ta’ żmien ; u

·       persuni b’diżabilita`. 

Permezz ta’ dan il-programm, l-ETC se tkun qedtagħti għajnuna finanzjarja lil dawk l-employers li jagħżlu li jħaddmu dawn in-nies.  L-għajnuna li se tingħata se tkun f’forma ta’ sussidju ġeneruż fil-paga ta’ dawn l-individwi, kif ukoll fil-ħlas tal-kontribuzzjoni tan-National Insurance imħallsa mill-employer.  Din l-għajnuna se tingħata għal numru ta’ xhur, u fil-każ ta’ kumpaniji li jimpjegaw persuni b’diżabilita’ din se tingħata għal tliet snin sħaħ.  Fil-każ ta’ ħaddiema li se jaħdmu f’Għawdex, is-sussidju se jkun għal aktar xhur.
It-Training Aid Framework hu opportunita`unika għal pajjiżna biex il-kumpaniji lokali jkunu jistgħu jinvestu fir-riżorsi umani tagħhom.  L-ETC minn dejjem saħqet fuq l-importanza tat-taħriġ, fil-fatt il-Ministru Dalli mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura ta’ struzzjonjiet lill-Korporazzjoni biex kemm jista’ jkun kontinwament tħarreġ lill-ħaddiema anke dawk li jkunu f’impjieg.  Biex persuna tkun armata l-isfidi tad-dinja tal-lum – il-kompetizzjoni, il-globalizzazzjoni, u r-riċessjoni internazzjonali – din trid tinvesti f’aktar għarfien, f’aktar ħiliet u f’aktar kwalifiki.  L-ETC temmen bis-sħiħ fit-tagħlim matul il-ħajja, u se tkun qed twettaq dan bil-fatti f’dan il-proġett.
Permezz tat-Training Aid Framework, l-ETCse tkun qed tgħin finanzjarjament lil dawk il-kumpaniji li se jinvestu fit-taħrig tal-ħaddiema tagħhom.  Din l-iskema hi miftuħa għal kumpaniji fis-settur privat u s-sussidju se jvarja skond it-tip ta’ taħriġ u d-daqs tal-intrapriża.  It-taħriġ jista’ jkun taħriġ in-house jew out-sourced u jista’ jingħata f’Malta jew barra minn Malta permezz tad-distance learning.  It-taħriġ jista’ jkun kors fl-Universita` ta’ Malta jew f’xi universita` oħra barra.  Il-korsijiet jistgħu jkunu jwasslu saħansitra sa PhD.  Se jkunu eliġibbli wkoll persuni li jaħdmu għal rashom, sakemm ix-xogħol ikun l-impjieg prinċipali tagħhom u t-taħriġ ikun fl-istess qasam tax-xogħol li jagħmlu.  Kull kumpanija se tkun eliġibbli għal massimu ta’ €250,000 kull sena.
L-ETC kellha diversi proġetti immirati biexjilħqu ħafna mill-klijenti tagħha, bħal ma’ huma persuni ta’ ’l fuq minn erbgħin sena, nisa, ġenituri waħedhom, persuni b’diżabilita’, u żgħażagħ.  Permezz tal-fondi Ewropej l-ETC investiet ukoll fi proġetti infrastrutturali, bħall-estensjoni taċ-ċentru tat-taħriġ f’Ħal Far.
Fis-snin li ġejjin l-ETC se tkompli tħaddemaktar programmi permezz ta’ dawn il-fondi.  Fost dawn insemmu l-programmi tat-taħriġ li tagħti l-Korporazzjoni f’oqsma u f’ħiliet differenti, proġett ieħor infrastrutturali li se jkompli jkabbar iċ-ċentru tat-taħriġ f’Ħal Far u kampanja edukattiva dwar l-ugwaljanza u s-sehem tal-mara fis-suq tax-xogħol.
Biex dawn il-programmi jkunu ta’ suċcess, bħalma’ kienu l-programmi l-oħra, hemm bżonn tal-kollaborazzjoni ta’ kulħadd.  Hemm bżonn li l-kumpaniji lokali jemmnu fil-kapaċitajiet u l-potenzjal tal-ħaddiema tagħhom u ta’ min qed jirreġistra għax-xogħol.  Hemm bżonn li min qed jirreġistra għax-xogħol jagħraf aktar l-importanza li jkun f’impjieg u li jħarreġ lilu nnifsu biex ikun ippreparat għall-isfidi li toffri d-dinja tax-xogħol.
Matul din il-Konferenza Stampa kienet wkollprezenti ċ-Chairperson tal-Korporazzjoni Dr Sandra Sladden, u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv Dr Sue Vella.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow