SWITCH GĦAL UŻU AĦJAR TAL-ENERĠIJA…ONLINE!
PR0277
20/02/2009
L-Ambaxxaturi tal-kampanja Switch u s-seba’ spots informatiċi tagħhom, issa jinsabu online. Wieħed jista’ jżur l-indirizz www.opm.gov.mt/switch u jingħaqad ma’ Pablo, Chrysander, Eileen, John, Louise, Alfred u Tony. Għandhom ħafna x’jgħidu, speċjalment dwar il-miżuri żgħar, u uħud ftit ikbar, sabiex isir użu aħjar tal-enerġija.
| L-ispots | informatiċi jimxu id f’id mal-għażliet li ħadu dawn il-personalitajiet ta’ Switch, b’kull persuna tirrappreżenta kamra differenti fid-dar jew fl-uffiċċju. Chrysander Agius għażel li jagħmel bidla radikali fil-mod kif jivvjaġġja. |
| Pablo Micallef | għamel diversi bidliet fil-living room sabiex naqqas il-konsum tal-enerġija. Eileen Montesin rat kif setghet tiffranka b’użu aħjar tal-enerġija fil-kċina. John Bundy jagħti l-parir li jsir double glazing mat-twieqi wara li żeba’ s-saqaf abjad sabiex issa qed isaħħan u jkessaħ il-kmamar anqas. |
| Louise Tedesco ma | ħallietx l-ilma għaddej għal xejn b’xejn fil-kamra tal-banju. Alfred Zammit ra d-dawl ukoll, għax issa meta jkun fuq il-kompjuter jixgħel id-desk lamp flok l-ispotlights tal-kamra biex jiffranka. Tony Camilleri qed iħares fit-tul, u qed jikkunsidra li jixtri solar water heater. |
| Minbarra li qed | jiġu mxandrin fuq l-istazzjonijiet televiżivi l-ispots informatiċi issa bdew jintwerew fuq Smart TV abbord il-Gozo Channel tul it-traġitt bejn Malta u Għawdex. L-ispots jimxu direttament mal-ktejjeb imsemmi “Dawn Raw id-Dawl… Int Rajtu?” |
| Kull minn żar il-Belt | Valletta din il-ġimgħa ntebaħ bl-istrutturi tal-kampanja Switch ma’ Triq ir-Repubblika. Tul il-ġimgħat li ġejjin, dawn l-istrutturi se jibdew iżuru l-lokalitajiet permezz tal-impenn u l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsilli Lokali. Infatti l-ġimgħa d-dieħla, l-istrutturi se jiġu esibiti fil-lokalitajiet tal-Imtarfa, il-Qrendi, il-Mellieħa u n-Nadur, Għawdex. |
| Int rajtu | d-dawl? Agħmel Switch! |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984