Left arrow Go Back

SWITCH GĦAL UŻU AĦJAR TAL-ENERĠIJA…ONLINE!

PR0277
Date Icon 20/02/2009

L-Ambaxxaturi tal-kampanja Switch u s-seba’ spots informatiċi tagħhom, issa jinsabu online. Wieħed jista’ jżur l-indirizz www.opm.gov.mt/switch u jingħaqad ma’ Pablo, Chrysander, Eileen, John, Louise, Alfred u Tony. Għandhom ħafna x’jgħidu, speċjalment dwar il-miżuri żgħar, u uħud ftit ikbar, sabiex isir użu aħjar tal-enerġija.   

L-ispotsinformatiċi jimxu id f’id mal-għażliet li ħadu dawn il-personalitajiet ta’ Switch, b’kull persuna tirrappreżenta kamra differenti fid-dar jew fl-uffiċċju. Chrysander Agius għażel li jagħmel bidla radikali fil-mod kif jivvjaġġja.
Pablo Micallefgħamel diversi bidliet fil-living room sabiex naqqas il-konsum tal-enerġija. Eileen Montesin rat kif setghet tiffranka b’użu aħjar tal-enerġija fil-kċina. John Bundy jagħti l-parir li jsir double glazing mat-twieqi wara li żeba’ s-saqaf abjad sabiex issa qed isaħħan u jkessaħ il-kmamar anqas.
Louise Tedesco maħallietx l-ilma għaddej għal xejn b’xejn fil-kamra tal-banju. Alfred Zammit ra d-dawl ukoll, għax issa meta jkun fuq il-kompjuter jixgħel id-desk lamp flok l-ispotlights tal-kamra biex jiffranka. Tony Camilleri qed iħares fit-tul, u qed jikkunsidra li jixtri solar water heater.
Minbarra li qedjiġu mxandrin fuq l-istazzjonijiet televiżivi l-ispots informatiċi issa bdew jintwerew fuq Smart TV abbord il-Gozo Channel tul it-traġitt bejn Malta u Għawdex. L-ispots jimxu direttament mal-ktejjeb imsemmi “Dawn Raw id-Dawl… Int Rajtu?”
Kull minn żar il-BeltValletta din il-ġimgħa ntebaħ bl-istrutturi tal-kampanja Switch ma’ Triq ir-Repubblika. Tul il-ġimgħat li ġejjin, dawn l-istrutturi se jibdew iżuru l-lokalitajiet permezz tal-impenn u l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsilli Lokali. Infatti l-ġimgħa d-dieħla, l-istrutturi se jiġu esibiti fil-lokalitajiet tal-Imtarfa, il-Qrendi, il-Mellieħa u n-Nadur, Għawdex.
Int rajtud-dawl? Agħmel Switch!
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow