Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU

PR0273
Date Icon 19/02/2009

Tweġiba għall-istqarrija maħruġa mill-Kelliema Ewlenija għat-Turizmu tal-Oppożizzjoni l-On. Marie-Louise Coleiro-Preca 

L-ISTIMOLU EKONOMIKUGĦAT-TURIŻMU HUWA WIEĦED B’SAĦĦTU U KOSTANTI
Is-SegretarjuParlamentari għat-Turiżmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-On. Dr Mario de Marco rrefera għall-istqarrija tal-Partit Laburista dwar l-istimolu ekonomiku għas-settur turistiku, permezz ta’ liema l-Partit Labrurista ddikjara li ra bħala pożittiva l-miżura mħabbra aktar kmieni din il-ġimgħa fejn il-banek kummerċjali lokali qed jappoġġjaw inizjattiva tal-Gvern biex jingħata moratorju fuq il-ħlasijiet fuq kapital (capital repayments) sa sena għas-sidien u l-operaturi tal-lukandi.
Is-SegretarjuParlamentari qal li l-Gvern qed jaħdem flimkien mal-imsieħba fl-industrija tat-turiżmu sabiex jilqgħu għall-isfidi li qed tiffaċċja l-istess industrija minħabba l-kriżi internazzjonali finanzjarja u ekonomika. Kien proprju minħabba dawn iċ-ċirkostanzi partikolari li l-Gvern, fl-aħħar Baġit, ta €3.5 miljun żejda lill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, liema flus se jintużaw sabiex jiżdiedu r-rotot lejn Malta u b’hekk titjieb l-aċċessibbiltà lejn pajjiżna, u jsir reklamar aktar intensiv fis-swieq prinċipali tagħna. Fil-fatt, diġà tħabbru rotot ġodda mir-Ryanair minn Edinburgu, Bristol u Trapani u minn Easy Jet minn Newcastle, u dan minkejja l-probelmi li l-industrija tal-ajru qiegħda tiffaċċja internazzjonalment. Barra minhekk, din is-sena l-MTA ser tagħmel reklamar fuq it-televiżjoni mhux biss fir-Renju Unit, iżda wkoll fil-Ġermanja, l-Italja u Franza bi clips ġodda imħejjijin minn National Geographic.
Dwar it-tariffi tad-dawlu l-ilma għas-settur turistiku, Dr de Marco qal li l-Gvern diġà ħa in kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet speċjali ta’ dan is-settur u fil-fatt kienet l-MHRA stess li fiċ-ċirkulari li qassmet lill-membri tagħha nhar it-Tlieta 28 ta’ Ottubru 2008 – l-istess jum li tħabbru t-tariffi l-ġodda – qalet li 456 entità lliċenzjata raw tnaqqis sa 20% fuq dak li kienu qed iħallsu qabel, 61 entità lliċenzjata raw tnaqqis sa 13%; 9 entità llicenzjata raw tnaqqis sa 10%; u kienu biss 55 entità lliċenzjata li raw żieda sa 10%; u 12-il entità lliċenzjata biss li raw żieda sa 20% fuq dak li kienu qed iħallsu qabel.
Dwaril-prodott, Dr de Marco saħaq li hemm numru ta’ proġetti b’fondi tal-U.E.li mistennija jibdew; fosthom dak tal-attrazzjoni turistika fil-Ponta tal-Qawra li jiswa €7.5 miljun. Id-dokument għal shortlisting of bidders għal dan il-proġett għadu kif kien ippubblikat u qed jinġabar mill-partijiet interessati. Is-sejħa tagħlaq fl-24 ta’ Marzu li ġej. Barra minhekk, lejn tmiem tal-2008 is-Segretarjat Parlamentari ħabbar skema oħra ta’ għotjiet li tammonta għal €10 miljun għal proġetti ta’ turiżmu sostenibbli mis-settur privat. Diġà saret l-ewwel sejħa taħt din l-iskema dan ix-xahar u l-applikazzjonijiet jagħlqu fi tmiem Marzu. Beda wkoll il-proġett ta’ Xatt is-Sajjieda f’Marsaxlokk.
Drde Marco temm jgħid li f’dawn iż-żminijiet delikati, huwa importanti li kulħadd jaħdem flimkien fl-aħjar interess tal-industrija, filwaqt li saħaq fuq l-importanza li l-industrija toffri lit-turist li jżurna mhux biss servizz tajjeb iżda valur għan-nefqa tiegħu f’pajjizna. B’hekk biss inkunu nistgħu nilqgħu mhux biss għall-isfidi iżda wkoll għall-kompetizzjoni ta’ madwarna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow