Left arrow Mur Lura

IT-TWAQQIF TA’ QUALITY ASSURANCE UNIT (QAU) FI ĦDAN ID-DIRETTORAT TAT-TOROQ

PR0272
Date Icon 19/02/2009

Punti mid-Diskors tal-Onor. Austin Gatt, Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, fl-okkażjoni tat-twaqqif ta’ Quality Assurance Unit - Valletta – 19 ta’ Frar 2009

Qed inħabbru t-twaqqif ta’ unit ġdid fi ħdan id-Direttorat tat-Toroq li se jkun responsabbli mix-xogħlijiet kollha li jsiru fit-toroq kollha ta’ Malta u Għawdex.  Dan qiegħed isir biex ikunu indirizzati diversi problemi li jinqalgħu kull meta jkun hemm tħaffir ta’ trinek fit-toroq minn xi entità jew inkella kumpanija biex jgħaddu xi servizzi.

1. Il-problemi attwali

Illum qegħdin f’sitwazzjoni fejn ikun hemmokkażjonijiet meta jsir xogħol ta’ tħaffir mingħajr ma jinħareġ avviż minn jiem qabel u f’ċerti ċirkostanzi x-xogħol ma jkunx kopert bil-permessi meħtieġa tal-Awtorita dwar it-Trasport.
B’dak li qegħdin inħabbru llum, se nindirizzawukoll dak li jista’ jissejjaħ abbuż minn entitajiet li jibdew xogħlijiet ta’ tħaffir fit-toroq  meqjusa ta’ emerġenza.
Issa qed nesiġu litinżamm kwalità uniformi tul il-proġetti kollha li jsiru.
Agħar minn hekk, jeżistu każi fejn triq terġa’tinfetaħ għal xogħlijiet oħra minn entità differenti, jekk m’hux mill-istess entità, ftit ta’ żmien wara.
Importanti wkoll li jissemma li meta jkunqiegħed isir xogħol ta’ tħaffir, ħafna drabi l-immaniġġjar tat-traffiku jkun fqir ħafna.
Rari wkoll ikunu segwiti l-miżuri li jassigurawis-saħħa u s-sigurtà ta’ min ikun se juża t-triq.

2.   Fejn irridu naslu

Il-Gvern irid li fix-xogħlijiet li jsiru, jkun hemm: 

Ø     Titjib fil-kwalità tal-bini u r-resurfacing tat-toroq skont livelli internazzjonali;

Ø     ippjanar bil-quddiem u koordinazzjoni bejn id-Direttorat tat-Toroq u l-entitajiet kollha li għandhom xi servizz għaddej mit-toroq.  

Fl-istess waqt, il-Gvern irid lijonqos l-inkonvenjent kemm għar-residenti, sidien ta’ ħwienet kif ukoll dawk li jagħmlu użu mit-triq.
3.   X’qegħdinnippjanaw li jsir

Ø     Kull intervent fuq it-toroq isir b’mod li jassigura sigurtà, effiċjenza u kwalità għolja bl-inqas xkiel possibli;

Ø     Il-unit il-ġdid li qed inwaqqfu hu inkarigat li jassigura li tintlaħaq il-mira ta’ cost effectivenes.

L-entitajiet li jridu jkunu konformi ma’ dan il-proċess huma:- 

1.             ADT;

2.             Korporazzjoni Enemalta;

3.             Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma;

4.             Kunsilli Lokali;

5.             Diviżjoni tax-Xogħlijiet;

6.             Ministeru ta’ Għawdex;

7.             GO plc;

8.             Melita Cable plc;

9.             Vodafone plc; u

10.        Kull kumpanija jew entità oħra li tibda topera wara l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti l-ġodda

Il-proċess biex entità tkun tista’ tagħmel xogħijiet fi triq

Il-proċess kollu mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni sa tmiem ix-xogħlijiet se jitmexxew mill-QAU.  Entità tista’ tibgħat applikazzjoni għax-xogħlijiet li tixtieq tagħmel jew bil-posta jew inkella permezz ta’ e-mail roadworksapplications@maltatransport.com

Meta ssir l-applikazzjoni, il-unit jibda proċessta’ konsultazzjoni mal-entitatijiet l-oħra kollha u tara jekk hemmx xi xogħlijiet oħra ppjanati fil-futur qrib f’dik it-triq partikolari jew żona ta’ fejn tkun qed issir l-applikazzjoni.
Il-Gvern irid li tiddaħħalsistema li la darba jsir intervent fuq triq, ma jerġax ikun hemm intervent ieħor fuq l-istess triq għal ammont sostanzjali ta’ żmien. Dan ikun possibli bil-mod ta’ kif se jitħaddem il-proċess tal-applikazzjoni u x-xogħlijiet li jkunu jridu jsiru.

Għalhekk f’kull intervent li jkun se jsir: 

1.                  fejn hu fiżikament u teknikament possibli s-servizzi kollha jingħaddu fuq iż-żewġ naħat tat-triq, preferibbilment taħt il-bankini jew inkella eżatt magħhom;

2.                  Fil-każ ta’ toroq arterjali u disrtibutorji, is-servizzi jridu jgħaddu minn culverts li jridu jinbnew apposta fuq kull ġenb tat-triq;

3.                  Servizzi li minħabba l-intervent ikollhom jinbidlu jridu jitħallsu kollha mill-applikant. L-applikant irid jimplimenta l-miżuri li jassiguraw s-saħħa u s-sigurtà kif mitlub bil-liġi kif wkoll skont id-direzzjoni li tingħata mill-QAU.  

4.                  Il-QAU se jkun qed jagħmel testijiet tal-kwalità tax-xogħlijiet waqt l-intervent li jkun qed isir u jassiguraw li jkun qed jintlaħqu l-istandards neċessarji. Dawn it-testijiet ser ikunu qed jittieħdu fuq il-bażi tad-direttiva ministerjali ‘Testing of Roads, Testing Equipment and Road Markings’ ta’ April 2008;

5.                  Biex jitnaqqas għal minimu possibbli l-inkonvenjent ikkawżat mix-xogħlijiet lil dawk kollha li jużaw t-triq jew huma residenti fil-viċinanzi, bħalha regola ġenerali, il-permess li jinħareġ jagħti l-inqas żmien possibbli biex jitlesta x-xogħol. Dan jista’ jimplika li l-kuntratturi jkollhom jaħdmu sigħat żejda u f’żoni mhux residenzjali, ix-xogħlijiet iridu jibqgħu għaddejjin wkoll bil-lejl;. 

7.         L-applikant huwa mistenni li jħallas wkoll għall-avviżi kollha (fil-media) li l-ADT jidrilha li għandha tagħmel biex tavża kemm lill-pubbliku ġenerali kif wkoll lir-residenti fl-inħawi ta’ fejn ikun ippjanat li jsir l-intervent (ittri jew mail-shots)  

L-applikant se jkun mistennijikkunsidra dawn il-fatturi fl-ippjanar tiegħu u fl-estimi li jrid jalloka għax-xogħlijiet li jkun se japplika għalihom.
4.   Ippjanar aħjarmill-Kunsilli Lokali
Bi ftehim bejn l-ADT u d-Direttorat tal-GvernLokali, se jibdew isiru wkoll spezzjonijiet biex tkun magħrufa sewwa sew il-kundizzjoni ta’ wiċċ ta’ triq partikolari, il-kundizzjoni wkoll tas-sinjali tat-traffiku, bankini u street furniture. L-informazzjoni kollha li tinġabar se tkun konfrontata ma’ informazzjoni miżmuma f’database apposta miżmuma mit-Traffic Management Unit tal-ADT. Kull tibdil jiġi aġġornat b’mod elettroniku f’din is-sistema.
Dan jgħodd ukoll għall-programm ta’manutenzjoni  u xogħlijiet ġodda fit-toroq. B’hekk għandu jissarraf  f’koordinazzjoni aħjar bejn l-ADT u d-Direttorat tal-Gvern Lokali biex anki l-Kunsilli Lokali jkunu mgħejjuna aktar ħalli jippjanaw aħjar.

5.   Konklużjoni

Il-Gvern irid li jkun hemm konsistenza u litingħata l-attenzjoni għal-livelli għolja u ta’ kwalità kull meta jkun se jsir xogħol ta’ tħaffir ta’ trinek u għoti ta’ asfalt.
Barra minn hekk, ċerti kuntratturi b’modkostanti jagħmlu xogħol ta’ kwalità baxxa u fejn rarament ikun hemm superviżjoni biex ikun assigurat l-aqwa u l-aħjar xogħol.
L-ADT mhux l-ewwel darba li tkellmetpubblikament li ma tkunx sodisfatta b’xogħlijiet li jkunu saru, u fejn kien meħtieġ ittieħdet ukoll azzjoni biex ikunu infurzati regolamenti dwar xogħlijiet fit-toroq.
It-twaqqif tal-QAU se jippermetti wkoll li jkunhemm aktar koordinazzjoni, koperazzjoni u komunikazzjoni bejn l-ADT u dawk li jipprovdu s-servizzi.
Dawn l-istruzzjonijiet maħruġa mill-Gverngħandhom iwasslu biex entitajiet jew kumpaniji li għandhom servizzi li jgħaddu minn taħt it-toroq, jippjanaw aktar fit-tul, u riżultat t’hekk l-ispejjeż għandhom jonqsu.
Ebda awtorità, entita pubblika jew inkellaKunsill Lokali m’għandhom iqisu lilhom infushom ‘il fuq mil-liġi.
Il-Gvern ifakkar li hi l-ADT – li għandhal-kompetenza u r-responsabiltà li tikkonferma li l-kwalità tax-xogħlijiet fit-toroq  huma skont il-kriterji stabbiliti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow