STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
PR0270
19/02/2009
| Il-Partit Laburista’ jkompli | jattakka miżuri ambjentali. |
| Il-Gvern se jqassam aktar minn | miljun bozza energy saving lill-familji Maltin u Għawdxin. Din hi parti mill-kampanja li qed issir biex aktar nies u familji jużaw affarijiet fid-djar tagħhom li jnaqqsu l-konsum ta’ l-energija. Dan ikun ifisser użu aħjar tal-enerġija u anqas użu ta’ żejt fil-Power Stations. B’hekk bil-kontribut ta’ kulħadd jingħata sehem għall-arja aktar nadifa u fuq kollox tnaqqis fil-mard li jiġi kkawżat minn tniggiż fl-arja. |
| L-iskema tat-tqassim tal-bozoz | energy saving se tkun tiddependi minn kemm hemm nies f’kull familja. Persuna waħda jew tnejn se jingħataw 5 bozoz b’xejn; familja ta’ 3 jew 4 min-nies se jingħataw 8 bozoz b’xejn filwaqt li familji ta’ 5 u aktar se jingħataw 10 bozoz b’xejn. |
| Din il-ġimgħa | l-Gvern nieda skema oħra li permezz tagħha 4,500 familja se jingħataw għajnuna biex jixtru solar water heater filwaqt li 200 oħra se jingħataw għajnuna finanzjarja biex jistallaw PV’s fid-djar tagħhom. Permezz tagħhom il-familji jkunu jistgħu jsaħħnu l-ilma mix-xemx u mix-xemx ukoll jiġġeneraw l-elettriku għad-dar tagħhom. |
| Bħalissa wkoll qiegħed jitqassam | fid-djar leaflet b’eżempji prattiċi dwar kif il-familji jistgħu jnaqqsu l-użu ta’ l-enerġija. Dan il-leaflet qiegħed jitqassam bħala parti mill-kampanja Switch: użu aħjar tal-enerġija. |
| Il-Ministeru jfakkar li fil-Baġit | 2009, il-Gvern ħabbar programm ta’ investiment ta’ €142 miljun bil-għan li jkollna pajjiż b’ambjent aktar nadif, li jitnaqqas il-mard li jigi ġġenerat minn tniggiż u dħaħen u li jkollu dehra isbaħ, għalina u għal min iżurna. Hija ħasra li l-Onor. Brincat ukoll maqdar il-miżuri ambjentali tal-baġit. |
| Il-Ministeru jappella | lill-Onorevoli Brincat biex fl-ambjent naħdmu flimkien u mhux bi stqarrijiet repetittivi fejn l-oppożizzjoni tipprova toħloq kontroversji bla bżonn. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984