Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

PR0270
Date Icon 19/02/2009
Il-Partit Laburista’ jkomplijattakka miżuri ambjentali.
Il-Gvern se jqassam aktar minnmiljun bozza energy saving lill-familji Maltin u Għawdxin.  Din hi parti mill-kampanja li qed issir biex aktar nies u familji jużaw affarijiet fid-djar tagħhom li jnaqqsu l-konsum ta’ l-energija.  Dan ikun ifisser użu aħjar tal-enerġija u anqas użu ta’ żejt fil-Power Stations.  B’hekk bil-kontribut ta’ kulħadd jingħata sehem għall-arja aktar nadifa u fuq kollox tnaqqis fil-mard li jiġi kkawżat minn tniggiż fl-arja.
L-iskema tat-tqassim tal-bozozenergy saving se tkun tiddependi minn kemm hemm nies f’kull familja.  Persuna waħda jew tnejn se jingħataw 5 bozoz b’xejn; familja ta’ 3 jew 4 min-nies se jingħataw 8 bozoz b’xejn filwaqt li familji ta’ 5 u aktar se jingħataw 10 bozoz b’xejn.
Din il-ġimgħal-Gvern nieda skema oħra li permezz tagħha 4,500 familja se jingħataw għajnuna biex jixtru solar water heater filwaqt li 200 oħra se jingħataw għajnuna finanzjarja biex jistallaw PV’s fid-djar tagħhom.  Permezz tagħhom il-familji jkunu jistgħu jsaħħnu l-ilma mix-xemx u mix-xemx ukoll jiġġeneraw l-elettriku għad-dar tagħhom.
Bħalissa wkoll qiegħed jitqassamfid-djar leaflet b’eżempji prattiċi dwar kif il-familji jistgħu jnaqqsu l-użu ta’ l-enerġija.  Dan il-leaflet qiegħed jitqassam bħala parti mill-kampanja Switch: użu aħjar tal-enerġija.
Il-Ministeru jfakkar li fil-Baġit2009, il-Gvern ħabbar programm ta’ investiment ta’ €142 miljun bil-għan li jkollna pajjiż b’ambjent aktar nadif, li jitnaqqas il-mard li jigi ġġenerat minn tniggiż u dħaħen u li jkollu dehra isbaħ, għalina u għal min iżurna. Hija ħasra li l-Onor. Brincat ukoll maqdar il-miżuri ambjentali tal-baġit.
Il-Ministeru jappellalill-Onorevoli Brincat biex fl-ambjent naħdmu flimkien u mhux bi stqarrijiet repetittivi fejn l-oppożizzjoni tipprova toħloq kontroversji bla bżonn.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow