JIBDA X-XOGĦOL FUQ IL-MASTER PLAN GĦAĊ-CITTADELLA TA’ GĦAWDEX
PR0268
19/02/2009
| “Illum il-ġurnata, il-problemi taċ-Cittadella | ta’ Għawdex qed jiġu indirizzati bis-serjeta’ u b’mod holistiku biex b’hekk jikber il-ħarsien, il-konservazzjoni u l-użu aħjar ta’ dan il-monument storiku f’Għawdex. Dan sar possibbli permezz ta’ fondi li pajjiżna qed igawdi minnhom wara li sar membru tal-Unjoni Ewropea”. Dan qalitu l-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fiċ-Cittadella u li fiha ngħata tagħrif dwar il-proġett tal-Master Plan għall-istess Cittadella. |
| Il-Ministru Giovanna Debono qalet li wara li | ġiet ippubblikata u ġġudikata tender matul is-sena li għaddiet, issa ngħata bidu għall-ewwel fażi ta’ dan il-proġett li tinkludi perijodu ta’ ġbir u analiżi ta’ informazzjoni u data dwar diversi aspetti taċ-Cittadella. Fost l-aspetti li qegħdin jiġu studjati hemm il-konservazzjoni tas-sit kif ukoll il-ħarsien tal-aspetti kulturali u ekoloġiċi li jinkludu, fost l-ohrajn, investigazzjonijiet ġeo-tekniċi dwar l-istabbilta’ tas-sit, il-kundizzjoni u ħtiġijiet tar-restawr tas-swar u postijiet storiċi fiċ-Cittadella, arkeoloġija u identifikazzjoni u protezzjoni ta’ flora u fawna ecc. Il-Master Plan qed jindirizza wkoll fost l-oħrajn aspetti ta’ turiżmu u faċilitajiet għall-viżitaturi, l-użu tal-art, aspetti ekonomiċi u soċjali, immaniġġjar tat-traffiku, servizzi u infrastruttura u proposti għal tmexxija u immaniġġjar aħjar. |
| Il-Ministru għal Għawdex qalet li dan il-proġett | qiegħed ikun ko-finanzjat mill-Mekkaniżmu Finanzjarju tal-Area Ekonomika Ewropea u li għalih qed jikkontribwixxu l-pajjizi tan-Norveġja, Iżlanda u Liechtenstein. Il-proġett tal-Master Plan ser jiswa 264,000 ewro li 85% minnhom qed jinħarġu minn dawn il-pajjiżi. Il-Kumpanija li rebħet il-kuntratt hija l-kumpanija Taljana Politecnica Ingegneria e Architettura li fit-twettiq ta’ dan l-istudju qed tingaġġja s-servizzi ta’ numru ta’ esperti kemm Taljani kif ukoll lokali. Din il-kumpanija diġa’ organizzat numru ta’ laqgħat ma’ organizzazzjonijiet jew individwi li għandhom interess fiċ-Cittadella u fix-xhur li ġejjin dawn il-laqgħat ser jissoktaw biex il-pjan ikun qed jikkonsidra firxa wiesa’ kemm jista’ jkun ta’ opinjonijiet u proposti għaċ-Cittadella. Il-pjan mistenni jkun konkluż f’Awwissu 2010. |
| It-tħejjija ta’ dan il-pjan hija parti minn | programm wiesa’ ta’ xogħlijiet li qegħdin isiru biex iċ-Cittadella tingħata l-attenzjoni kollha li jixirqilha. Il-Ministru Debono qalet li bħalissa għaddej ukoll proġett ta’ aktar minn 7 miljun ewro mifrux fuq numru ta’ snin għar-restawr tal-ħitan tas-swar taċ-Cittadella u t-tisħiħ tal-blat li mibnija fuqu. Dan il-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea u li qiegħed jiġi ko-ordinat mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex diġa’ nbeda bil-ħruġ ta’ l-ewwel tender għal survey fotogrammatiku tas-swar u tal-blat ta’ taħthom. Sa dan it-tant dalwaqt toħroġ it-tieni tender ta’ dan il-proġett biex jitqabbad konsulent ġeo-tekniku li mistenni jsegwi kemm l-eżekuzzjoni tal-istudji ġeo-tekniċi necessarji halli jigu individwati il-problemi ġeotekniċi tal-blat li fuqu hi mibnija c-Cittadella kif ukoll, successivament, l-eżekuzzjoni tal-interventi ta’ konsolidazzjoni tal-istess blat. Dawn l-studji ser iwasslu biex aktar ’l quddiem jinħarġu t-tenders li jindirizzaw ir-restawr tad-dawra mejt tas-swar taċ-Cittadella. |
Il-Ministru Debono qalet li fil-jiem li ġejjin, persuni jew organizzazzjonijiet interessati ser ikunu jistgħu ukoll jidħlu fil-website tal-Ministeru għal Għawdex www.gozo.gov.mt u jagħtu l-opinjonijiet u ideat tagħhom dwar iċ-Cittadella.
Fl-istess okkażjoni tkellmet l-Inġiniera Claudia Aguzzoli li qed tikkoordina l-proġett min-naħa tal-kumpanija; hi tat ħarsa lejn ix-xogħol li twettaq s’issa u l-pjani għall-futur immedjat, kif ukoll spjegat x’mistenni jkun jinkludi l-pjan meta dan ikun lest.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984