Left arrow Mur Lura

JITNIEDA L-PROGRAMM TAL-UNJONI EWROPEA ‘ERASMUS FOR YOUNG ENTREPRENEURS’

PR0267
Date Icon 19/02/2009
F’Malta llumtnieda l-programm tal-UE “Erasmus for Young Entreprenurs”.  Dan huwa programm ġdid ta’ skambju ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea li tnieda fil-pajjiżi Membri kollha fl-istess jum.
L-għan tal-programm hu biex entrepreneursġodda jaqsmu esperjenzi ma’ entrepreneurs ta’ esperjenza u jkun hemm skambji bejniethom.  “Erasmus for Young Entrepreneurs” jaħdem biex jistimula l-entrepreneurship, il-kompetittività, u l-internazzjonalizzazzjoni u tkabbir ta’ start ups u SME’s stabbiliti permezz tal-iskambju ta’ għarfien.
F’Malta dan il-proġett pilota se jiġi koordinatmill-organizzazzjoni tal-koperattivi APEX li rnexxielha tieħu fondi mill-UE wara li daħlet f’partnership mal-Confederazione Italiana Agricoltori (CIA).
Fit-tnedija ta’ dan il-proġett, is-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, faħħar lill-APEX għall-mod kif din l-organizzazzjoni għarfet il-potenzjal li jeżisti fil-partnerships ma’ organizzazzjonijiet oħra Ewropej u akkwistat il-fondi biex tmexxi dan il-proġett pilota f’Malta.
L-iskambji se jikkonċentraw f’setturi ligħandhom elementi ta’ żvilupp sostenibbli u s-Segretarju Parlamentari qal li dan jintegra tajjeb fil-politika tal-Gvern li jrid jasal għall-kunċett ta’ żvilupp sostenibbli u lokalitajiet sostenibbli.
Chris Said qal li l-komunità kummerċjali għandharwol importanti x’taqdi biex il-Gvern jasal għall-Viżjoni 2015.  Huwa semma wkoll in-numru ta’ miżuri li qed jieħu l-Gvern biex jintlaħaq dan il-għan fosthom l-iskema ta’ inċentivi għal aktar investiment minn intrapriżi żgħar fil-lokalitajiet tagħna.
Chris Said semma l-importanza tat-taħriġtal-ħaddiema u aċċenna għax-xogħol li qed tagħmel l-ETC f’dan ir-rigward fejn, grazzi għall-fondi mill-UE, din qed tħarreġ persuni li jridu jiħlu fid-dinja tax-xogħol u oħrajn li qed jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni għalaq billi ħeġġeġ lil dawk li se jibbenefikaw mill-proġett biex jimmassimizzaw il-potenzjal li jeżisti u qal ukoll li organizzazzjonijiet oħra għandhom isegwu l-eżempju tal-APEX biex jieħdu aktar vantaġġi mill-programmi u inizjattivi tal-Unjoni Ewropea.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow