Left arrow Mur Lura

SKEJJEL FL-EWROPA JXETTLU L-KREATTIVITÀ U L-INNOVAZZJONI PERMEZZ TA' PROĠETTI BL-eTWINNING

PR0266
Date Icon 19/02/2009
GħalliemaMaltija klassifikata fit-Tieni Post bi proġett dwar il-Matematika u x-Xjenza.
eTwinninghi inizjattiva tal-Unjoni Ewropea biex tinkoraġġixxi lill-iskejjel biex joħolqu network permezz tal-internet. Bħala azzjoni prinċipali fi ħdan il-Programm tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tagħlim tul il-Ħajja, l-eTwinning joffri lill-iskejjel fl-Ewropa mezz biex jikkomunikaw, jaqsmu l-ideat u jmexxu proġetti kollaborattivi b’mezzi elettroniċi. Permezz ta' pjattaforma li tuża l-għodda tal-web 2.0 biex tkun faċilitata l-komunikazzjoni, l-eTwinning sar komunità bbażata fuq kollaborazzjoni vera fejn l-għalliema juru modi kreattivi biex isaħħu x-xogħol tagħhom fil-klassi.
Mindu din l-iskema tnedietf'Jannar 2005, għalliema minn 48,286 skola rreġistraw fl-eTwinning, u wettqu 11,994 proġett li nvolvew mill-inqas żewġ skejjel minn żewġ pajjiżi differenti. Għalhekk, b'madwar 50,000 abbonat irreġistrati madwar l-Ewropa, għadd dejjem jikber ta' għalliema taw prova li qed ifittxu modi ġodda biex jiżviluppaw u jtejbu t-tagħlim.
Fil-konferenza annwali tal-eTwinningta' din is-sena, li saret fi Praga bejn it-13 u l-15 ta' Frar, ħadu sehem aktar minn 400 għalliem minn madwar l-Ewropa, rappreżentanti mis-servizzi ta' appoġġ ċentrali u nazzjonali tal-eTwinning, u oħrajn interessati fl-edukazzjoni fl-iskejjel. Il-konferenza ffukat fuq “Il-Kreattività u l-eTwinning” u l-kelliema kienu jinkludu lil Ján Figel', il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, Taħriġ, Kultura u Żgħażagħ; kif ukoll lil Dr Edward de Bono, espert fil-ħsieb laterali u Ambaxxatur għas-Sena Ewropea għall-Kreattività u l-Innovazzjoni 2009.
Lejlet il-konferenza,il-Kummissarju Figel’ spjega s-sinifikat tal-eTwinning fl-2009: "L-2009 hija s-Sena tal-Innovazzjoni u l-Kreattività, u għalhekk jixraq b'mod speċjali li niċċelebraw is-suċċess dejjem jiżdied tal-iskema eTwinning bħala eżempju tal-kreattività fl-edukazzjoni. Jeħtieġ li ninkoraġġixxu metodi innovattivi fl-edukazzjoni biex titjieb il-kwalità u l-effettività tas-sistemi tal-iskejjel fl-Ewropa u jkun hemm għajnuna biex iż-żgħażagħ jitħejjew għas-soċjetà u l-ekonomija tal-ġejjieni.”
Il-qofol tal-konferenza kieniċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni, li matulha tqassmu premijiet lill-aħjar għaxar proġetti tal-eTwinning mis-sena skolastika 2007-2008. Hemm ħames kategoriji, tlieta skont l-età (4-11, 12-15, 16-19), waħda skont is-suġġett (matematika u xjenza), u kategorija speċjali li hija sponsorjata mill-Presidenza Franċiża, dwar l-użu tal-lingwa Franċiża.
Aktar minn 500 proġett kienueżaminati, fuq il-bażi tan-natura innovattiva tagħhom, l-integrazzjoni fil-kurrikulu, il-kollaborazzjoni, l-użu kreattiv tat-Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni u t-trasferibbiltà tagħhom.  L-ewwel erba' rebbieħa ta' kull kategorija se jirċievu vjaġġ għall-Kamp tal-eTwinning fil-Greċja f'April filwaqt li r-rebbieħa tal-kategorija tal-Franċiż se jirċievu għotja ta' studju fil-Franċiż fi Franza għal matul is-sajf li ġej.
Fil-kategorija tal-Matematika ux-Xjenza, Marianne Schembri, għalliema fl-iskola Primarja tal-Fgura, flimkien ma’ għalliema minn ħames pajjiżi oħra kienet klassifikata fit-tieni post bi proġett imsejjaħ “1,2, Backle my Shoe”.
F’danil-proġett mimli attivitajiet, it-tfal ġew imħeġġa jesploraw u jiskopru kunċetti matmatiċi affaxxinanti b’mod interessanti. Għamlu ammont ta’ attivitajiet tal-matematika hands-on, li qasmu bejniet il-parteċipanti kollha. It-tfal ivvintaw u lagħbu logħob filwaqt li tgħallmu jsegwu r-regoli. B’hekk il-Matematika saret parti mil-logħob tat-tfal.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow