STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIZORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0261
18/02/2009
| L-oppozizzjoni terġa tikkonferma li tinsab | imfixkla fuq id-direttiva tal-Gvern biex jittnaqqas l-użu tal-basktijiet tal-plastik. |
| L-Oppozizzjoni reġgħet ikkonfermat li tinsab | imfixkla fuq id-direttiva tal-Gvern biex jittnaqqas l-użu tal-basktijiet tal-plastik. Kif qal diversi drabi, l-Gvern għandu interess li jara li jonqos l-użu tal-basktijiet tal-plastik irrispettivament mit-tip ta’ plastik li huma. Il-Gvern irid jinkoraġġixxi lill-konsumatur biex juza baskett għax-xiri magħmulin minn materjal li jħares l-ambjent u fl-istess waqt ikun jista’ jintuza għal diversi drabi. Dawn it-tip ta’ basktijiet diġa jezistu fis-suq u huma konvenjenti ħafna għall-konsumatur. |
| Id-Deputat Laburista Leo Brincat messu jaf li | standard internazzjonali li jgħinek tinforza fuq tipi differenti ta’ plastik ma jezistix u messu qal kif qed jissugerixxi li l-Gvern għandu jinforza fin-nuqqas ta’ dan l-iStandard. Bħas-soltu, l-Oppozizzjoni tipprova tirkeb fuq kull kritika sabiex tipprova tieħu vantaġġ politiku. |
| Bil-maqlub ta’ dak li ddikjara l-Onor Brincat, | qabel ma wasal biex jieħu deċizjoni, il-Gvern iddiskuta fuq il-pass li kien hemm bżonn jittieħed, saħansitra fid-dokument tal-konsultazzjoni ta’ qabel il-budgit. Biss, bħas-soltu, l-Oppozizzjoni qagħdet lura milli tipproponi u tiddiskuti u minflok għazlet biex izzomm mal-istil li issa ndara li tilgħab għall-gallarija. |
| Fuq | l-istock ta’ basktijiet tal-plastik, l-Onor Leo Brincat jmissu jaf li din hi problema li ser tinħoloq, tkun meta tkun id-data ta’ meta jidħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda. Minkejja kollox, ser isir kull sforz biex tinstab soluzzjoni għal stocks ta’ basktijiet mixtrijin skond il-liġi. |
| L-Onor Brincat imbagħad għażel li jikkritika | wkoll il-fatt li l-basktijiet issa ser ikollhom tabella. Dan juri l-konfuzjoni tal-Oppozizzjoni li f’nifs tgħid li l-Gvern ma jafx kemm hawn basktijet fis-suq, u f’nifs ieħor tikkritika lill-Gvern li qed johloq miżuri li permezz tagħhom is-suq tal-basktijiet tal-plastik ser ikun ikkontrollat. |
| Kieku | l-Opposizzjoni hija serja kien imissha resqet ‘il quddiem bi proposti konkreti u li jagħmlu sens. Sa’ issa smajna bi propsota waħda, magħmula mill-Kap tal-Oppozizzjoni, li ma taqbel xejn mal-pozizzjoni li qed jieħu l-Kelliem tiegħu fuq is-suġġett. Il-Kap tal-Oppozizzjoni kien qal fil-Parlament, F’diskors fil-Parlament fl-10 ta’ Novembru 2008, biex jagħti r-reazzjoni tal-Oppozizzjoni għad-dikors tal-Budget, il-Kap tal-Oppozizzjoni kien qal: |
| “Nemmnu wkoll – u din hija proposta tagħna li | tmur lil hinn minn dak li qed jagħmel il-gvern – li għandna nkunu aktar kuraġġużi. Jekk il-gvern ried jitwemmen li mhux interessat li jiġbor il-flus minn din it-taxxa l-ġdida għandu jibda mal-ewwel studju dwar il-projbizzjoni totali tal-basktijiet tal-plastik, għallinqas dawk mhux bijodegradabbli, l-effett ta’ din il-miżura u l-kompatibilità mal-liġijiet Ewropej. Jiġifieri jekk ma tridx il-flus ineħħi l-basktijiet mill-ewwel imissu.” |
| Anke | d-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Opposizjoni toħroġ ċar in-nuqqas ta’ għarfien li dan għandu fuq dan is-suġġett. Il-verita’ hi li ma tistax twaqqaf l-użu ta’ dawn il-basktijiet f’Malta jekk din ma tkunx mizura li tiddaħħal ukoll madwar l-Ewropa kollha. |
| Il-Gvern jappella lill-Oppozizzjoni biex jekk | verament temmen fl-ambjent, għal darba twarrab l-opportunizmu u tikkopera mal-Gvern f’dawn l-inizjattivi li huma maħsuba biex iħarsu l-ambjent. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984