Left arrow Mur Lura

JINFETAĦ MILL-ĠDID IL-KORS TA’ CARE ASSISTANTS

PR0259
Date Icon 18/02/2009
Wara s-suċċess li kellu l-ewwel kors li ġieorganizzat is-sena li għaddiet, li permezz tiegħu 49kandidati kisbu Ċertifikat ta’ Care Assistant, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ ħass il-ħtieġa li jerga’ jiftaħ dan il-kors u b’hekk għal darb’ oħra jagħti opportunita’ lil dawk kollha li jixtiequ jaħdmu fil-qasam tal-anzjani biex jitħarrġu.
Huwa fatt li llum il-ġurnata, in-nies qed jgħixuaktar, tant hu hekk li huwa stmat li f’Malta sal-2015, in-numru ta’ persuni ta’ ‘l fuq minn 65 sena, se jkun ta’ madwar 77,000. Fil-waqt li dan ifisser suċċess għal-livell ta’ kura pprovduta f’Malta, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tinħass id-domanda biex ikollna nies ikkwalifikati li jkunu jistgħu jieħdu ħsieb u jduru bl-anzjani.
Mill-ġdid l-organizzazzjoni ta’ dan il-korsqiegħda f’idejn id-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’ b’kollaborazzjoni mar-Residenza San Vinċenz de Paul. L-applikazzjonijiet, flimkien ma’ School Leaving Certificate u Ċertifikat tal-Kondotta tal-Pulizija, jintlaqgħu sa nhar l-Erbgħa 25 ta’ Frar 2009 mingħand persuni li għandhom minn 16-il sena ‘l fuq. Min jixtieq japplika, jista’ jibgħat l-applikazzjoni bil-posta jew jeħodha personalment fis-Sezzjoni Accounts, Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, Ċentru Ħidma Soċjali, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera. Il-kors ta’ Care Assistant jibda nhar it-Tnejn 23 ta’ Marzu, huwa mifrux fuq erba’ xhur u jinkludi taħrig teoretiku u prattiku.
Iċ-Ċertifikat, mogħti lil dawk kollha li jtemmub’suċċess dan il-kors, huwa prerekwiżit għal xogħol ta’ Carer, b’hekk wara huma jkunu jistgħu jaħdmu f’dan il-qasam.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow