LAQGĦA TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-UNION ĦADDIEMA MAGĦQUDIN
PR0258
18/02/2009
| Il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar | l-abbozz ta’ strateġija nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima kompla dalgħodu b’laqgħa mal-Kunsill Nazzjonali tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM). |
| Waqt din il-laqgħa, li għaliha attenda wkoll | il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, saret preżentazzjoni minn David Spiter Gingell, Chairman tal-Kumitat għall-Bidla fil-Klima maħtur mill-Gvern dwar l-abbozz ta’ strateġija nazzjonali ta’ miżuri ta’ politika u tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
| F’messaġġ li għamel fil-bidu tal-laqgħa, | il-Ministru Pullicino faħħar lill-UHM għal din l-inizjattiva bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li għaddejja bħalissa. Il-UHM kellha sehem attiv ukoll fil-proċess li wassal biex tlesta r-rapport tal-Kumitat. |
| Il-Ministru Pullicino semma kif dan l-abbozz ta’ | strateġija ġie ppreżentat u diskuss waqt laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) għaliex din hi tema ta’ rilevanza ekonomika u soċjali kbira. Il-Ministru Pullicino qal li l-impenn tal-Gvern waħdu mhux biżżejjed; hemm bżonn li s-settur privat jagħmel wkoll il-parti tiegħu sabiex hu wkoll jisfrutta l-isfida tal-bidla fil-klima f’opportunita’ u jgħin fil-ħarsien tal-ambjent. |
| Il-Ministru Pullicino tenna kif il-Gvern għaddej | b’numru ta’ inizjattivi, anke tul dan il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika u fakkar kif il-ġimgħa li għaddiet ingħata bidu għall-kampanja edukattiva Switch, biex tkompli tqajjem għarfien dwar l-użu ta’ prodotti li jħarsu l-ambjent. |
| Il-Ministru Pullicino semma kif bħalissa għaddej | ukoll proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-ewwel Reviżjoni tal-Istrateġija tal-Immaniġġjar tal-Iskart Solidu f’pajjiżna. Din ir-reviżjoni għandha twassal sabiex l-iskart ikompli jiġi sfruttat bħala riżorsa u tittieħed minnu l-enerġija nadifa. Hu qal li r-reviżjoni ppreżentata minn grupp ta’ nies tekniċi, għandha twassal biex tibda tiġi ġġenerata enerġija biżżejjed tant li tlaħħaq għal 5 % tal-konsum nazzjonali. |
| Il-Ministru Pullicino rringrazzja lill-UĦM ta’ | din l-inizjattiva filwaqt li appella lill-pubbliku sabiex jipparteċipa fil-laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika, bl-ewwel laqgħa issir nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Frar, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984