Left arrow Mur Lura

IL-KOMPETITTIVITÀ FATTUR KRUĊJALI BIEX NIBQGĦU MIXJIN ‘IL QUDDIEM

PR0255
Date Icon 18/02/2009
Il-kompetittività hija fattur kruċjali biexnibqgħu mixjin ’il quddiem. Għalhekk, l-isforz konġunt tal-Gvern u s-settur privat huwa ċ-ċavetta biex pajjiżna jegħleb l-isfidi tal-globalizzazzjoni. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, waqt id-diskors inawgurali matul konferenza ddedikata għall-użu tal-ICT u n-networking biex tissaħħaħ il-kompetittività, l-innovazzjoni u t-tkabbir sostenibbli.
Il-Ministru Fenech spjega li biex tingħelebl-isfida tas-sitwazzjoni internazzjonali preżenti, il-Gvern qed iwieġeb b’ħidma intiża biex iżomm u jtejjeb dawk il-fatturi li jattiraw lejn pajjiżna l-investituri barranin. Dawn jinkludu r-riżorsi umani b’kapaċitajiet għolja u flessibbli, leġislazzjoni innovattiva, stabilità ekonomika u żvilupp ta’ setturi industrijali bbażati fuq l-għarfien, it-teknoloġija għolja u l-valur miżjud.
Dawn huma fost il-fatturi li qed jattirawlejn Malta investimenti mħabbra dan l-aħħar, fosthom dawk tal-kumpanija tas-servizzi finanzjarji, Northway Financial u l-kumpanija tal-manifattura fil-qasam tal-farmaċewtika Pharmacare Premium. Huma wkoll fatturi li huma kritiċi biex il-Gvern jilħaq l-objettivi tiegħu ta’ eċċellenza fil-kuntest tal-Viżjoni 2015.
Il-Ministru Tonio Fenech appella biexil-kumpaniji jinvestu aktar fit-taħriġ, ir-riċerka u l-iżvilupp u sostna li f’ambjent ta’ bidla teknoloġika mgħaġġla l-kumpaniji għandhom japprezzaw li parti mill-vantaġġ tagħhom jinsab fl-għarfien u l-kapaċitajiet uniċi tal-impjegati tagħhom.
Biex jappoġġja lill-intrapriża f’danir-rigward, il-Gvern alloka parti sostanzjali mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-proġetti ta’ taħriġ, kif ukoll għall-proġetti marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp. Dan barra investiment kapitali sostanzjali fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-infrastruttura relatata.
pr 0255a Diskorstal-Ministru Fenech
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow