STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT
PR0253
18/02/2009
| Il-Kumitat Parlamentari dwar | l-Affarijiet Soċjali jkompli jżur entitajiet fil-qasam soċjali, bit-tieni żjara tkun l-iskola Dun Manwel Attard, Wardija |
| Il-Kumitat Parlamentari dwar | l-Affarijiet Soċjali qed ikompli jżur entitajiet fil-qasam soċjali. It-tieni laqgħa saret nhar it-12 ta’ Frar, 2009 fl-Iskola Dun Manwel Attard, il-Wardija. F’din l-iskola jattendu tfal b’diżabilità intellettwali u għal-laqgħa mal-Membri tal-Kumitat kien hemm preżenti s-Sur Tony Galea, Kap tal-Iskola, is-Sur Ġorġ Borg, Direttur fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u s-Sinj Mervine Vella, Service Manager Special Education. |
| Bil-għan li jtejbu l-kwalità | tal-ħajja tal-istudenti, l-għalliema, il-professjonisti, l-istaff u l-Kap tal-Iskola ta’ Dun Manwel Attard jaħdmu flimkien mal-ġenituri fuq kurrikulum ibbażat fuq il-mudell soċjali tad-diżabilità. Filwaqt li jagħrfu n-nuqqasijiet intellettwali, qed issir enfasi fuq l-abiltajiet tat-tfal permess ta’ edukazzjoni u esperjenzi fil-komunità. Enfasi ssir ukoll fuq l-ostakoli soċjali li intrinsikament jikkawżaw l-akbar żvantaġġi u diżabilità lill-persuni b’diżabilità bħall-aċċess u kull forma ta’ diskriminazzjoni diretta u indiretta. Wara l-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali ta’ edukazzjoni inklussiva fl-1994, tfal b’diżabilità bdew imorru fl-iskejjel tal-mainstream ma’ sħabhom bla diżabilità. Minn laqgħat internazzjonali li jkollhom l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, ġie nnutat li Malta qiegħda minn ta’ quddiem ma’ dak li għandu x’jaqsam inklużjoni u edukazzjoni inklussiva. |
| Il-Membri semgħu kif jista’ | jagħti l-każ li b’mod naturali, tfal minn 12-il sena ‘l fuq, ma jibqgħux jimxu aktar ‘il quddiem fl-iskejjel tal-mainstream u l-ġenituri, l-għalliema u l-professjonisti flimkien mat-tfal jaraw li l-iskejjel, bħal ta’ Dun Manwel Attard fil-Wardija, tkun aktar ta’ benefiċċju għalihom. Ġie diskuss in-nuqqas ta’ kontinwazzjoni fit-tagħlim mill-iskejjel speċjalizzati bħal tal-Wardija għal ċentri tal-adulti. Jinħass ukoll il-bżonn ta’ aktar spazju fiċ-ċentri tal-adulti u l-ħtieġa li jsir aktar koordinament bejn l-istaff tal-iskejjel u dawk taċ-ċentri għall-adulti. B’hekk dawn l-entitajiet ikunu kumplimentari għal xulxin, u flimkien mal-għaqdiet mhux governattivi, ikomplu jsaħħu l-ħiliet tal-persuni b’diżabilità intellettwali permess ta’ tagħlim u esperjenzi tul ħajjithom. Dan il-koordinament jista’ jissaħħaħ jekk l-iskejjel u ċ-ċentri tal-adulti jaqgħu taħt dipartiment wieħed, possibbilment dak tal-edukazzjoni. |
| L-uffiċjali, flimkien mal-Membri | tal-Kumitat, iddiskutew ukoll fuq il-bżonn ta’ tagħlim kontinwu lill-istaff u professjonisti, kif ukoll regolamentazzjoni aħjar li tgħin fil-qadi ta’ dmirijiet ta’ dawn il-ħaddiema mat-tfal. Minkejja l-avvanzi li saru fis-soċjetà, intqal ukoll kif wieħed għadu jsib ċertu stigma fuq dawn l-iskejjel u t-tfal. Għalkemm wieħed jista’ jaħseb li din l-iskola tinsab fl-imwarrab, l-għalliema u l-Kap tal-Iskola jagħmlu minn kollox sabiex dawn it-tfal ikollhom il-viżibilità, jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u oħrajn isibu anki mpjieg. |
| Id-delegazzjoni parlamentari | tmexxiet mill-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali l-Onor. Edwin Vassallo u attendew l-Onor. Michael Farrugia u l-Onor. Michael Gonzi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984