Left arrow Go Back

IMMAĠINA. OĦLOQ IL-ĠDID. - TNEDIJA UFFIĊJALI TAS-SENA EWROPEA GĦALL-KREATTIVITÀ U L-INNOVAZZJONI

PR0252
Date Icon 17/02/2009
Hu ppjanat li matul l-2009 jinħoloq aktargħarfien dwar żewġ pilastri importanti għal kull soċjetà – il-Kreattività u l-Innovazzjoni – għall-iżvilupp personali, soċjali u ekonomiku. L-iskopijiet ewlenin ta’ din l-inizjattiva huma li jiġu stimulati r-riċerka u l-edukazzjoni, li jiġu ċċelebrati u mxerrda prattiċi tajba, u li jitqanqlu diskussjonijiet dwar oqsma differenti tal-politika soċjal. Dan qalitu l-Koordinatriċi Nazzjonali għas-Sena Ewropea għall-Kreattività u l-Innovazzjoni, Bernadette Gerada Aloisio, matul it-tnedija tas-Sena Ewropea għall-Kreattività u l-Innovazzjoni mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport waqt konferenza stampa li saret fl-Ospizio, il-Furjana.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura,Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, temmen li d-dinja bħalissa għaddejja b’mod mgħaġġel minn għadd kbir ta’ bidliet politiċi, soċjali u teknoloġiċi. “Dawn il-bidliet kollha ġabu magħhom il-ħtieġa li tiżdied il-kompetittività, imma primarjament li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi umani. Għaldaqstant, l-implimentazzjoni ta’ metodi ġodda ta’ tagħlim bħall-ħsieb laterali biex tinkiseb l-oriġinalità, il-progress u l-innovazzjoni, m’hi xejn ħlief l-applikazzjoni tal-kreattività.”
Matul it-tnedija tkellemukoll l-Ambaxxatur Ewropew għas-Sena għall-Kreattività u l-Innovazzjoni, Dr Edward de Bono, li stqarr li “l-Kreattività fil-ħsieb hija kapaċità intellettwali li tista’ tiġi mifhuma, mgħallma u pprattikata fl-istess mod u manjiera bħall-matematika, l-iskijjar fuq is-silġ u t-tisjir.”
L-Ambaxxaturi għal din is-Senahuma personalitajiet prominenti ddedikati lejn l-għanijiet tas-Sena Ewropea għall-Kreattività u l-Innovazzjoni. Waqt li ser jagħtu l-appoġġ kollu tagħhom biex is-Sena tkun suċċess, l-Ambaxxaturi huma mistennija jieħdu sehem f’numru ta’ attivitajiet li ser jiġu organizzati matul din is-Sena.
Għall-konferenzastampa tas-Sena Ewropea għall-Kreattività u l-Innovazzjoni attendiet ukoll Dr Joanna Drake, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta.
Waqt it-tnedija tħabbarkalendarju ta’ attivitajiet li jibda fl-1 ta’ Marzu 2009, permezz ta’ open day ta’ attivitajiet kreattivi u innovattivi għall-familja kollha. Din il-ġurnata mimlija attivitajiet ser issir fil-Kavallier San Ġakbu – Ċentru għall-Kreattivita’ bejn il-11.00 a.m. u s-6.00 p.m. Fost l-entitajiet parteċipanti ser ikun hemm dipartimenti u aġenziji governattivi u organizzazzjonijiet nazzjonali, kif ukoll aġenziji privati li lkoll ser jagħtu sehem attiv biex tinħoloq enfasi fuq kif nagħmlu użu mill-potenzjal naturali tagħna, u kif nistgħu nagħtuh l-opportunità jikber f’art għammiela sakemm iwarrad u juri l-effett naturali tiegħu – l-Innovazzjoni.

…pr0252a – diskors tal-Ministru

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow