STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
PR0251
17/02/2009
| Kundanna għall-aggressoni ta’ | spettur tad-Diviżjoni tal-Konsumatur |
| Il-Ministeru tal-Finanzi, | l-Ekonomija u Investiment jikkundana l-inċident li fih illum kien aggredit spettur tad-Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni li kien iwettaq dmiru fis-suq tal-Birgu. Il-Ministeru jikkundanna wkoll l-inċident sussegwenti fejn b’reazzjoni għal dak li ġara fl-istess suq, Assistent-Direttur mill-istess Diviżjoni kien insultat bit-telefon talli d-Dipartiment kien qiegħed iwettaq xogħlu. |
| Il-ħidma tal-ispettur kienet li | jivverifika li l-bejjiegħa tas-suq jindikaw il-prezzijiet tal-prodotti tagħhom b’mod viżibbli. Huwa fid-dritt tal-konsumatur li jkun jista’ jara b’mod ċar il-prezzijiet tal-prodotti li jkun qed jikkunsidra li jixtri. |
| Il-Ministeru jesprimi | s-solidarjetà mal-impjegati tiegħu li kienu intimidati waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984