Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

PR0251
Date Icon 17/02/2009
Kundanna għall-aggressoni ta’spettur tad-Diviżjoni tal-Konsumatur
Il-Ministeru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment jikkundana l-inċident li fih illum kien aggredit spettur tad-Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni li kien iwettaq dmiru fis-suq tal-Birgu. Il-Ministeru jikkundanna wkoll l-inċident sussegwenti fejn b’reazzjoni għal dak li ġara fl-istess suq, Assistent-Direttur mill-istess Diviżjoni kien insultat bit-telefon talli d-Dipartiment kien qiegħed iwettaq xogħlu.
Il-ħidma tal-ispettur kienet lijivverifika li l-bejjiegħa tas-suq jindikaw il-prezzijiet tal-prodotti tagħhom b’mod viżibbli. Huwa fid-dritt tal-konsumatur li jkun jista’ jara b’mod ċar il-prezzijiet tal-prodotti li jkun qed jikkunsidra li jixtri.
Il-Ministeru jesprimis-solidarjetà mal-impjegati tiegħu li kienu intimidati waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow