Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU JIDDISKUTI L-QAGĦDA TAS-SETTUR TURISTIKU LOKALI MA’ DELEGAZZJONI TAL-GWU

PR0250
Date Icon 17/02/2009
Is-SegretarjuParlamentari għat-Turiżmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Dr Mario de Marco u delegazzjoni tal-General Workers’ Union immexxija mis-Segretarju Ġenerali, is-Sur Tony Zarb, ilbieraħ ltaqgħu sabiex jiddiskutu s-settur turistiku lokali, b’enfasi partikolari fuq l-impjiegi.
Dr deMarco qal li l-Gvern, flimkien ma’ dawk kollha nvoluti fis-settur turistiku lokali, qiegħed isegwi mill-viċin u jikkonsidra inizjattivi biex jgħin din l-industrija tiffaċċa l-kriżi ekonomika internazzjonali.
Hurrefera għall-inizjattiva mħabbra lbieraħ fejn il-banek kummerċjali lokali qed jappoġġjaw inizjattiva tal-Gvern biex jingħata moratorju fuq il-ħlasijiet fuq kapital (capital repayments) sa sena għas-sidien u l-operaturi tal-lukandi. Hu sostna li din l-inizjattiva mistennija tħalli effett pożittiv fuq l-impjiegi fis-settur tal-lukandi u fl-istess ħin tassigura li l-lukandi jkomplu bil-programmi tagħhom ta’ manutenzjoni u titjib, billi qiegħda tħalli aktar riżorsi f’idejn il-lukandi.
Is-SegretarjuParlamentari qal li l-Gvern u l-MTA qed jaħdmu sabiex inaqqsu l-impatt negattiv tal-kriżi internazzjonali kemm billi jinvestu iktar fil-marketing tal-pajjiż u kif ukoll billi titjieb l-aċċessibbiltà permezz ta’ aktar titjiriet minn aktar destinazzjonijiet lejn pajjiżna.
Is-SegretarjuĠenerali tal-GWU min-naħa tiegħu qal li l-Union tinsab imħassba dwar l-impjiegi f’dan is-settur hekk kif is-swieq l-iktar importanti tal-pajjiż jinsabu għaddejjin minn riċessjoni u li din tista’ taffettwa l-industrija lokali. Huwa qal li l-Union ħadet l-inizjattiva biex tisfrutta l-kuntatti trejdjunjonistiċi internazzjonali tagħha għall-benefiċċju tas-settur turistiku lokali, fejn il-ħidma tagħha diġà bdiet tagħti l-frott u l-ewwel grupp huwa mistenni jasal Malta fil-ġimgħat li ġejjin.
Is-SurZarb rrefera wkoll għall-inizjattiva mħabbra mill-Gvern dwar moratorju mill-banek għal self tal-lukandi u qal li l-GWU tilqa’ din l-inizjattiva. Huwa talab lil Dr de Marco sabiex il-union tinżamm infurmata dwar l-iżviluppi li jista’ jkun hemm f’dan il-qasam.
Dr deMarco laqa’ din it-talba u qal li fi ħsiebu jżomm kuntatt regolari mal-GWU bħal kif jagħmel ma’ numru ta’ stakeholders oħra.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow