AKTAR INVESTIMENT U AKTAR XOGĦOL: 120 IMPJIEG FIL-QASAM TAL-MANIFATTURA U L-FARMAĊEWTIKA
PR0246
17/02/2009
| 120 impjieg ġdid huma mistennija jkunu | maħluqa fil-qasam tal-manifattura u l-farmaċewtika hekk kif il-kumpanija Pharmacare Premium ħabbret investiment ta’ madwar €10m ewro f’pajjiżna. Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet fejn il-kumpanija tkellmet dwar il-proġetti tagħha għal pajjiżna fil-preżenza tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech. |
| Il-proġett huwa joint venture bejn PHARMACARE | Ltd Europe u PHARMAGROUP Ltd. Din hija l-ewwel kumpannija fil-qasam tal-manifattura fil-farmaċewtika b’sehem Malti dirett. Il-kumpanija ħabbret li l-bini tal-fabbrika se jibda lejn tmiem April 2009 u mistenni jitlesta sal-ewwel kwart tal-2010. L-€10m jinkludu investiment kapitali fuq il-fabbrika, it-tagħmir, kif ukoll investiment sostanzjali fuq ir-riċerka u l-iżvilupp. |
| Hu stmat li l-kumpanija se timpjega madwar 60 | impjegat sal-ewwel sena tal-operat tagħha u mistennija tirdoppja dan l-ammont, għal 120, sat-tielet sena. Il-kumpanija qed taħdem fuq prospetti tajbin ħafna ta’ bejgħ u qed jimmiraw swieq fl-Ewropa, l-Istati Uniti, il-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq. |
| Il-Ministru fakkar fir-rwol tal-Malta | Enterprise li kienet kruċjali biex jingħata l-ispazju tal-fabbrika kif ukoll garanzija fuq is-self. Huwa laqa’ bil-ferħ din l-aħbar li tikkonferma li minkejja s-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali diffiċli, Malta għadha qed tattira investimenti tal-ogħla profil u toħloq impjiegi ta’ kwalità. Tonio Fenech tkellem dwar l-importanza tal-ħidma tal-Malta Enterprise biex tattira lejn pajjiżna aktar investimenti ta’ kwalità. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984