Left arrow Go Back

AKTAR INVESTIMENT U AKTAR XOGĦOL: 120 IMPJIEG FIL-QASAM TAL-MANIFATTURA U L-FARMAĊEWTIKA

PR0246
Date Icon 17/02/2009
120 impjieg ġdid huma mistennija jkunumaħluqa fil-qasam tal-manifattura u l-farmaċewtika hekk kif il-kumpanija Pharmacare Premium ħabbret investiment ta’ madwar €10m ewro f’pajjiżna. Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet fejn il-kumpanija tkellmet dwar il-proġetti tagħha għal pajjiżna fil-preżenza tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech.
Il-proġett huwa joint venture bejn PHARMACARELtd Europe u PHARMAGROUP Ltd. Din hija l-ewwel kumpannija fil-qasam tal-manifattura fil-farmaċewtika b’sehem Malti dirett. Il-kumpanija ħabbret li l-bini tal-fabbrika se jibda lejn tmiem April 2009 u mistenni jitlesta sal-ewwel kwart tal-2010. L-€10m jinkludu investiment kapitali fuq il-fabbrika, it-tagħmir, kif ukoll investiment sostanzjali fuq ir-riċerka u l-iżvilupp.
Hu stmat li l-kumpanija se timpjega madwar 60impjegat sal-ewwel sena tal-operat tagħha u mistennija tirdoppja dan l-ammont, għal 120, sat-tielet sena. Il-kumpanija qed taħdem fuq prospetti tajbin ħafna ta’ bejgħ u qed jimmiraw swieq fl-Ewropa, l-Istati Uniti, il-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq.
Il-Ministru fakkar fir-rwol tal-MaltaEnterprise li kienet kruċjali biex jingħata l-ispazju tal-fabbrika kif ukoll garanzija fuq is-self. Huwa laqa’ bil-ferħ din l-aħbar li tikkonferma li minkejja s-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali diffiċli, Malta għadha qed tattira investimenti tal-ogħla profil u toħloq impjiegi ta’ kwalità. Tonio Fenech tkellem dwar l-importanza tal-ħidma tal-Malta Enterprise biex tattira lejn pajjiżna aktar investimenti ta’ kwalità.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow