SEMINAR DWAR ALTERNATTIVI EFFIĊJENTI FL-UŻU TAL-ENERĠIJA
PR0243
16/02/2009
| Is-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju | tal-Prim Ministru Chris Said, indirizza seminar organizzat mill-kumpanija Philips bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni. |
| It-tema prinċipali tas-seminar kienet l-użu | effiċjenti tal-enerġija u fost is-suġġetti diskussi kien hemm l-użu effiċjenti tad-dawl residenzjali, alternattivi effiċjenti u teknoloġija ġdida fid-dwal tat-toroq u soluzzjonijiet effiċjenti biex jiddawwlu bliet u siti storiċi. |
| Għal dan is-seminar kienu mistiedna s-Sindki | u dawk il-Kunsilliera responsabbli mid-dwal tat-toroq flimkien ma’ inġiniera li jagħtu servizzi lill-Kunsilli Lokali fir-rigward tad-dwal tat-toroq u dwal li jsebbħu l-bliet u siti storiċi. |
| Fid-diskors tiegħu Chris Said qal li dan | is-seminar qed joffri ħafna ideat lill-Kunsilli Lokali dwar kif jistgħu jinvestu u jfittxu soluzzjonijiet sostenibbli sabiex idawwlu l-lokalitajiet tagħhom. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li l-problemi | ambjentali u ta’ bdil fil-klima għandna nħarsu lejhom bħala sfidi u opportunitajiet sabiex niżviluppaw sorsi alternattivi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija. Din mhix sempliċi għażla iżda hija l-istil il-ġdid li rridu naddottaw fiċ-ċirkostanzi ambjentali tal-lum. |
| Chris Said qal li l-Gvern għadu kemm nieda | l-kampanja Switch li għandha l-għan li tibdel il-mentalita` u twassalna biex nużaw l-enerġija b’mod effiċjenti. Hemm diversi tibdiliet żgħar li nistgħu nagħmlu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum u permezz tagħhom inkunu qed nagħmlu bidla kbira fuq livell globali. |
| Switch se twassal fid-djar tagħna | l-informazzjoni u l-għodda li permezz tagħha nistgħu naħlu anqas u nagħmlu qabża fil-kwalita` tal-ħajja. |
| Chris Said qal ukoll li l-Kunsilli Lokali | huma importanti ħafna sabiex din il-kampanja tikseb ir-riżultati. Il-Kunsilli Lokali huma l-eqreb lejn ir-resident u għalhekk se jagħtihom l-għodda u l-għajnuna meħtiega sabiex naslu fejn nixtiequ. |
| L-entużjażmu tal-Kunsilli Lokali diġa` qed | jidher u s’issa kien hemm 44 Kunsill Lokali, fosthom konsorzju magħmul minn 15-il Kunsill Lokali, li applikaw għall-proġetti ta’ energy saving u renewable energy taħt skema li nieda l-Gvern għall-Kunsilli Lokali. |
| Chris Said għalaq billi rringrazzja | lill-Ambaxxatur Malti fl-Olanda, Dr Ivan Fsadni, għax-xogħol li wettaq biex seta’ jsir dan is-seminar, lill-kumpanija Philips tal-interess tagħha fuq livell lokali u lill-Kunsilli Lokali għall-koperazzjoni tagħhom biex flimkien naslu għall-kunċett ta’ użu effiċjenti tal-enerġija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984